Il-Parlament Ewropew stieden lil Kummissjoni Ewropea u lill-pajjiżi membri għal summit dwar il-faqar u l-esklużjoni soċjali.  Dan wara li fil-Parlament ġie approvat rapport dwar kif se jingħeleb il-faqar fid-dawl tal-ispejjeż familjari li dejjem qed jikbru.

Il-Parlament Ewropew saħaq dwar l-importanza ta’ paga diċenti biex il-bniedem jgħix ħajja dinjituża. Il-Kummissjoni qed tintalab tagħmel analiżi dwar id-dħul minimu tal-persuni biex ikun żgurat dħul minimu suffiċjenti.  Ir-rapport innota li 16.7% tal-Ewropej għadhom f’riskju ta’ faqar wara li jirċievu l-benefiċċji soċjali.

Minħabba li l-propjeta` u l-kiri tagħha qed jogħlew, id-dejn fuq il-propjeta` qed jiżdied. 11% tan-nies li jgħixu fl-Ewropa jonfqu aktar minn 40% tas-salarju tagħhom għall-akkomodazzjoni. Il-familji jridu jaraw kif se jkampaw b’dawn l-ispejjeż.

Il-kontijiet tad-dawl u l-ilma wkoll iqanqlu problemi għal min għandu dħul baxx. Fl-Ewropa 17% tal-familji b’ġenitur wieħed ma jistgħux jaffordjaw li jsaħħnu d-djar tagħhom sewwa fix-xhur tax-xitwa. Il-Parlament Ewropew ħareġ bl-idea li l-familji f’diffikulta` jingħataw self mingħajr interessi biex jinvestu f’apparat li jiggarantixxi użu tal-enerġija alternattiva bħal pannelli solari.

Il-Parlament Ewropew  saħaq dwar l-importanza ta’ aċċess għal servizzi tas-saħħa ta’ livell għoli. Saħaq ukoll dwar l-importanza li kulħadd ikollu aċċess għat-teknoloġiji ġodda.

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li l-ugwaljanza soċjali hija parti mill-programm tagħha u konvinta li aktar koordinament fil-politika soċjali tal-UE  twassal għal riżultati tajbin.

WARA GADDAFI, ERDOGAN

Ma jgħaddix xahar li ma nisimgħux bi kriżi ġdida fl-Unjoni Ewropea. Il-kriżi tad-dejn fil-pajjiżi tal-UE, il-firxa tal-populiżmu, il-biża’ li r-Renju ...
Read More

L-ISKANDLU TAL-PANAMA JŻID IL-PRESSJONI FUQ PAJJIŻI INDIVIDWALI

Il-Kummissjoni Ewropea se żżid il-pressjoni fuq pajjiżi individwali, wara l-iskandlu tal-Panama li tefa’ dawl ġdid fuq il-fenomenu tal-evażjoni tat-taxxa. Il-Kummissjoni ...
Read More

IMMIGRAZZJONI: MEĦTIEĠ FTEHIM MAL-AFRIKA

L-Italja qed timbotta għal aktar intervent Ewropew mal-Libja simili għal dak mat-Turkija fil-qasam tal-immigrazzjoni. Il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi qal ...
Read More

L-UE U T-TURKIJA MA JAFDAWX LIL XULXIN

L-ingranaġġ diplomatiku bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkija huwa ristrett u ż-żewġ naħat qed iħarsu lejn xulxin b’suspett. Alfred Sant qal ...
Read More

MAL-ĦAXIX ĦAŻIN TISTA’ TOQTOL LIL BNEDMIN

Il-Parlament Ewropew ivvota favur li għal seba’ snin oħra tkompli tintuża kimika fl-Ewropa li waqt li toqtol il-ħaxix ħażin tista’ ...
Read More

L-ITALJA: PREVIŻJONIJIET REALISTIĊI U KAWTI

L-Italja għamlet previżjonijiet ekonomiċi realistiċi u kawti għat-tliet snin li ġejjin. It-tkabbir se jkun ta’ 1.2% tal-PGD fl-2016, 1.4% fl-2017 ...
Read More

VAT FUQ L-IKEL U S-SAĦĦA

L-istati membri tal-Unjoni Ewropea li ngħataw id-dritt li ma jdaħħlux il-VAT fuq prodotti tal-ikel u tas-saħħa jew oħrajn simili għandhom jibqgħu ...
Read More

SUMMIT DWAR IL-FAQAR

Il-Parlament Ewropew stieden lil Kummissjoni Ewropea u lill-pajjiżi membri għal summit dwar il-faqar u l-esklużjoni soċjali.  Dan wara li fil-Parlament ...
Read More

QALB IS-SIĠAR

L-Ewropej mhux neqsin mill-ideat u l-innovazzjoni, l-aktar fil-qasam tal-arkitettura. Periti fl-Isvezja ħolqu dar speċjali fuq siġra fin-naħa ta’ fuq ta’ ...
Read More

Malta u l-Unjoni Ewropea NL38

Din hija ittra elettronika maħruġa mill-uffiċċju tal-Membru Parlamentari Ewropew Dr Alfred Sant. L-ittra elettronika tasal bl-email lil dawk li rreġistraw ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment