Il-Parlament Ewropew ivvota favur li għal seba’ snin oħra tkompli tintuża kimika fl-Ewropa li waqt li toqtol il-ħaxix ħażin tista’ tikkawża l-kanċer, fost effetti negattivi oħra fuq il-bniedem.  Il-vot għadda b’374 favur, 225 kontra u 102 astenzjoni. Dawk li vvotaw favur għamluh b’kompromess bejn li jkun projbit minnufih, li jwaqqfuh fi żmien 13-il sena jew f’7 snin.

Il-bdiewa kienu kollha kontra li dan il-bexx ikun projbit għax ma hemmx bexx effettiv biżżejjed minfloku u jargumentaw li l-provi dwar li hu karċinoġeniku mhumiex konvinċenti. Il-vot tal-Parlament Ewropew ma għandux saħħa legali għax issa huma l-pajjiżi membri li jridu jivvotaw favur jew kontra l-użu ta’ din il-kimika. Il-vot mistenni jħaffef ix-xogħol tal-Kummissjoni Ewropea li riedet li ġġeddet l-awtorizzazzjoni tal-kimika għal 15-il sena oħra.

Il-Parlament Ewropew qabel ukoll li l-kimika ma tintużax fejn il-playgrounds, il-parks u l-ġonna pubbliċi u biex ma tkunx sprejjata eżatt qabel il-ħsad tal-prodotti agrikoli.

L-għaqdiet agrikoli huma favur l-użu tal-kimika ‘glyphosate’. Din  tintuża l-aktar fuq iċ-ċereali, id-dwieli, il-frott u ż-żebbuġ, għax mhux għolja fil-prezz u tagħti r-riżultati mixtieqa. Din il-kimika hija użata fid-dinja kollha u għalhekk it-tneħħija tagħha kienet tfisser vantaġġ għal pajjiżi terzi li jesportaw lejn l-UE.

Din il-kimika tista’ twettaq tibdil fil-bilanċ tal-ormoni tal-bniedem.  Fix-xhur li ġejjin se jsiru aktar studji dwar l-effetti tal-‘glyphosate’.

WARA GADDAFI, ERDOGAN

Ma jgħaddix xahar li ma nisimgħux bi kriżi ġdida fl-Unjoni Ewropea. Il-kriżi tad-dejn fil-pajjiżi tal-UE, il-firxa tal-populiżmu, il-biża’ li r-Renju ...
Read More

L-ISKANDLU TAL-PANAMA JŻID IL-PRESSJONI FUQ PAJJIŻI INDIVIDWALI

Il-Kummissjoni Ewropea se żżid il-pressjoni fuq pajjiżi individwali, wara l-iskandlu tal-Panama li tefa’ dawl ġdid fuq il-fenomenu tal-evażjoni tat-taxxa. Il-Kummissjoni ...
Read More

IMMIGRAZZJONI: MEĦTIEĠ FTEHIM MAL-AFRIKA

L-Italja qed timbotta għal aktar intervent Ewropew mal-Libja simili għal dak mat-Turkija fil-qasam tal-immigrazzjoni. Il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi qal ...
Read More

L-UE U T-TURKIJA MA JAFDAWX LIL XULXIN

L-ingranaġġ diplomatiku bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkija huwa ristrett u ż-żewġ naħat qed iħarsu lejn xulxin b’suspett. Alfred Sant qal ...
Read More

MAL-ĦAXIX ĦAŻIN TISTA’ TOQTOL LIL BNEDMIN

Il-Parlament Ewropew ivvota favur li għal seba’ snin oħra tkompli tintuża kimika fl-Ewropa li waqt li toqtol il-ħaxix ħażin tista’ ...
Read More

L-ITALJA: PREVIŻJONIJIET REALISTIĊI U KAWTI

L-Italja għamlet previżjonijiet ekonomiċi realistiċi u kawti għat-tliet snin li ġejjin. It-tkabbir se jkun ta’ 1.2% tal-PGD fl-2016, 1.4% fl-2017 ...
Read More

VAT FUQ L-IKEL U S-SAĦĦA

L-istati membri tal-Unjoni Ewropea li ngħataw id-dritt li ma jdaħħlux il-VAT fuq prodotti tal-ikel u tas-saħħa jew oħrajn simili għandhom jibqgħu ...
Read More

SUMMIT DWAR IL-FAQAR

Il-Parlament Ewropew stieden lil Kummissjoni Ewropea u lill-pajjiżi membri għal summit dwar il-faqar u l-esklużjoni soċjali.  Dan wara li fil-Parlament ...
Read More

QALB IS-SIĠAR

L-Ewropej mhux neqsin mill-ideat u l-innovazzjoni, l-aktar fil-qasam tal-arkitettura. Periti fl-Isvezja ħolqu dar speċjali fuq siġra fin-naħa ta’ fuq ta’ ...
Read More

Malta u l-Unjoni Ewropea NL38

Din hija ittra elettronika maħruġa mill-uffiċċju tal-Membru Parlamentari Ewropew Dr Alfred Sant. L-ittra elettronika tasal bl-email lil dawk li rreġistraw ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment