Ma jgħaddix xahar li ma nisimgħux bi kriżi ġdida fl-Unjoni Ewropea. Il-kriżi tad-dejn fil-pajjiżi tal-UE, il-firxa tal-populiżmu, il-biża’ li r-Renju Unit joħroġ mill-UE, problemi fil-fruntieri u bini ta’ ħitan tal-‘barbed wire’ bejn pajjiż u ieħor; il-vot Olandiż kontra t-Trattat mal-Ukraina; il-biża’ għas-saħħa tal-bniedem li qed joħloq il-bexx magħruf bħala ‘glyphosate’. F’dan l-isfond ta’ kriżi wara l-oħra hemm ir-realta` ta’ estremisti tal-lemin u tax-xellug u populisti oħrajn li qegħdin isemmgħu leħinhom fil-pajjiżi tal-UE, inkluż fost il-pajjiżi fundaturi.

Dawn huma kwistjonijiet serji li qegħdin jheddu l-kredibilita` tal-Unjoni Ewropea f’għajnejn pubbliku xettiku għat-tmexxija tal-Unjoni. Dawk li jiddeċiedu fl-UE mhumiex jidhru li qegħdin jagħtu wisq każ ta’ dak li qegħdin jaħsbu n-nies. Forsi qed jagħmlu dan għax jaħsbu li l-istati nazzjonali tal-UE se jibqgħu l-qafas li jagħti l-wens, il-ħarsien u l-vuċi liċ-ċittadini taghhom.

Dan is-sentiment jinħass ukoll fil-Kunsill Ewropew għax qed tonqos il-fiduċja taċ-ċittadini fil-proġett Ewropew. Aspett wieħed mill-aspett uman hija l-kwistjoni tar-rifuġjati. Fl-aħħar xhur eluf baqgħu jilagħbu b’ħajjithom biex jaslu fix-xtut tal-pajjiżi Mediterranji tal-UE. Intqal ħafna kif l-istati membri ffaċċjaw din il-kriżi umanitarja. Dawk l-istati membri li ma qablux mal-politika tal-kwoti mhux biss għamlu għażla ħażina imma għamlu żball morali kbir.  Fil-verita` llum il-politika mhix dwar moralita`, imma dwar politika effettiva li tilħaq l-iskopijiet tagħha.

L-UE qed tgħid li ma tistax titgħabba ‘bil-miżerja tad-dinja’, kif poġġiha l-Prim Ministru Franċiż Michel Rocard. Imma qed issir distinzjoni bejn immigranti u rifuġjati? Illum l-UE qed tipprova titfa’ r-responsabbilta` fuq it-Turkija. Ftit snin ilu kienet ippruvat tagħmel dan mal-Libja ta’ Gaddafi. Erdogan mhux Gaddafi. Tal-aħħar kien dittatur, Erdogan huwa President elett demokratikament. Il-President Tork sintendi qed jilgħab logħba politika mal-UE. Il-ġurnalist Tork Can Dundan qal lil Le Monde li l-Ewropa qed tagħmel żball li taħdem ma’ Erdogan. “Biex tipprova ssolvi l-kriżi tar-rifuġjati, l-Ewropa tista’ toħloq influss ġdid ta’ rifuġjati. Daqt nibdew naraw lit-Torok u lill-Kurdi jħabbtu l-bibien tal-Ewropa jitolbu għall-asil. Il-Kunsill Ewropew qed jaraha din il-possibilita`?” staqsa Dundan li jista’ jintbagħat għomru l-ħabs wara li allega li t-Turkija tat l-armi lill-Islamisti estremi.

WARA GADDAFI, ERDOGAN

Ma jgħaddix xahar li ma nisimgħux bi kriżi ġdida fl-Unjoni Ewropea. Il-kriżi tad-dejn fil-pajjiżi tal-UE, il-firxa tal-populiżmu, il-biża’ li r-Renju ...
Read More

L-ISKANDLU TAL-PANAMA JŻID IL-PRESSJONI FUQ PAJJIŻI INDIVIDWALI

Il-Kummissjoni Ewropea se żżid il-pressjoni fuq pajjiżi individwali, wara l-iskandlu tal-Panama li tefa’ dawl ġdid fuq il-fenomenu tal-evażjoni tat-taxxa. Il-Kummissjoni ...
Read More

IMMIGRAZZJONI: MEĦTIEĠ FTEHIM MAL-AFRIKA

L-Italja qed timbotta għal aktar intervent Ewropew mal-Libja simili għal dak mat-Turkija fil-qasam tal-immigrazzjoni. Il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi qal ...
Read More

L-UE U T-TURKIJA MA JAFDAWX LIL XULXIN

L-ingranaġġ diplomatiku bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkija huwa ristrett u ż-żewġ naħat qed iħarsu lejn xulxin b’suspett. Alfred Sant qal ...
Read More

MAL-ĦAXIX ĦAŻIN TISTA’ TOQTOL LIL BNEDMIN

Il-Parlament Ewropew ivvota favur li għal seba’ snin oħra tkompli tintuża kimika fl-Ewropa li waqt li toqtol il-ħaxix ħażin tista’ ...
Read More

L-ITALJA: PREVIŻJONIJIET REALISTIĊI U KAWTI

L-Italja għamlet previżjonijiet ekonomiċi realistiċi u kawti għat-tliet snin li ġejjin. It-tkabbir se jkun ta’ 1.2% tal-PGD fl-2016, 1.4% fl-2017 ...
Read More

VAT FUQ L-IKEL U S-SAĦĦA

L-istati membri tal-Unjoni Ewropea li ngħataw id-dritt li ma jdaħħlux il-VAT fuq prodotti tal-ikel u tas-saħħa jew oħrajn simili għandhom jibqgħu ...
Read More

SUMMIT DWAR IL-FAQAR

Il-Parlament Ewropew stieden lil Kummissjoni Ewropea u lill-pajjiżi membri għal summit dwar il-faqar u l-esklużjoni soċjali.  Dan wara li fil-Parlament ...
Read More

QALB IS-SIĠAR

L-Ewropej mhux neqsin mill-ideat u l-innovazzjoni, l-aktar fil-qasam tal-arkitettura. Periti fl-Isvezja ħolqu dar speċjali fuq siġra fin-naħa ta’ fuq ta’ ...
Read More

Malta u l-Unjoni Ewropea NL38

Din hija ittra elettronika maħruġa mill-uffiċċju tal-Membru Parlamentari Ewropew Dr Alfred Sant. L-ittra elettronika tasal bl-email lil dawk li rreġistraw ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment