L-Italja qed timbotta għal aktar intervent Ewropew mal-Libja simili għal dak mat-Turkija fil-qasam tal-immigrazzjoni. Il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi qal li dan il-ftehim mat-Turkija ma għandux ikun iżolat. Meħtieġ pjan li jgħaqqad flimkien l-appoġġ finanzjarju, dak ta’ ħidma, koordinament ma’ pajjiżi terzi, kontrolli effettivi tal-fruntieri, tnaqqis fl-influssi tal-immigranti, kooperazzjoni biex isir ir-ritorn tagħhom, u ġlieda kontra t-traffikanti tan-nies.

L-Italja qed tagħfas biex ikunu identifikati pajjiżi terzi li magħhom l-UE tkun tista’ tiftiehem dwar l-immigrazzjoni. L-ebda pajjiż Afrikan ma kien imsemmi b’ismu ħlief il-Libja, pajjiż li hu transitorju u li minnu jgħaddu ħafna immigranti li jixtiequ ħajja aħjar. Bil-pjan propost, l-UE tkun kommessa ma’ għadd ta’ pajjiżi Afrikani għal aktar kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurta`, opportunitajiet għal immigrazzjoni legali fl-UE u finanzjamenti ta’ proġetti li jkollhom impatt soċjali pożittiv. Fi ftehim bħal dan l-UE tkun tista’ titlob lill-pajjiżi Afrikani biex iwettqu kontrolli effettivi fuq il-fruntieri tagħhom bl-għan li jitnaqqsu l-influssi tal-immigranti. L-identifikazzjoni tal-immigranti eleġibbli għal protezzjoni internazzjonali u immigranti oħra ekonomiċi għandha ssir fi stadju bikri permezz ta’ aġenti Ewropej f’pajjiżi terzi.

L-għeluq tar-rotta tal-Balkani reġa’ wassal biex it-traffikanti tal-bnedmin jgħaddu l-immigranti mill-Eġittu u mil-Libja lejn l-Ewropa.

WARA GADDAFI, ERDOGAN

Ma jgħaddix xahar li ma nisimgħux bi kriżi ġdida fl-Unjoni Ewropea. Il-kriżi tad-dejn fil-pajjiżi tal-UE, il-firxa tal-populiżmu, il-biża’ li r-Renju ...
Read More

L-ISKANDLU TAL-PANAMA JŻID IL-PRESSJONI FUQ PAJJIŻI INDIVIDWALI

Il-Kummissjoni Ewropea se żżid il-pressjoni fuq pajjiżi individwali, wara l-iskandlu tal-Panama li tefa’ dawl ġdid fuq il-fenomenu tal-evażjoni tat-taxxa. Il-Kummissjoni ...
Read More

IMMIGRAZZJONI: MEĦTIEĠ FTEHIM MAL-AFRIKA

L-Italja qed timbotta għal aktar intervent Ewropew mal-Libja simili għal dak mat-Turkija fil-qasam tal-immigrazzjoni. Il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi qal ...
Read More

L-UE U T-TURKIJA MA JAFDAWX LIL XULXIN

L-ingranaġġ diplomatiku bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkija huwa ristrett u ż-żewġ naħat qed iħarsu lejn xulxin b’suspett. Alfred Sant qal ...
Read More

MAL-ĦAXIX ĦAŻIN TISTA’ TOQTOL LIL BNEDMIN

Il-Parlament Ewropew ivvota favur li għal seba’ snin oħra tkompli tintuża kimika fl-Ewropa li waqt li toqtol il-ħaxix ħażin tista’ ...
Read More

L-ITALJA: PREVIŻJONIJIET REALISTIĊI U KAWTI

L-Italja għamlet previżjonijiet ekonomiċi realistiċi u kawti għat-tliet snin li ġejjin. It-tkabbir se jkun ta’ 1.2% tal-PGD fl-2016, 1.4% fl-2017 ...
Read More

VAT FUQ L-IKEL U S-SAĦĦA

L-istati membri tal-Unjoni Ewropea li ngħataw id-dritt li ma jdaħħlux il-VAT fuq prodotti tal-ikel u tas-saħħa jew oħrajn simili għandhom jibqgħu ...
Read More

SUMMIT DWAR IL-FAQAR

Il-Parlament Ewropew stieden lil Kummissjoni Ewropea u lill-pajjiżi membri għal summit dwar il-faqar u l-esklużjoni soċjali.  Dan wara li fil-Parlament ...
Read More

QALB IS-SIĠAR

L-Ewropej mhux neqsin mill-ideat u l-innovazzjoni, l-aktar fil-qasam tal-arkitettura. Periti fl-Isvezja ħolqu dar speċjali fuq siġra fin-naħa ta’ fuq ta’ ...
Read More

Malta u l-Unjoni Ewropea NL38

Din hija ittra elettronika maħruġa mill-uffiċċju tal-Membru Parlamentari Ewropew Dr Alfred Sant. L-ittra elettronika tasal bl-email lil dawk li rreġistraw ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment