Nhar it-Tnejn 6 ta’ Ġunju l-Kummissjoni Ewropea se tipproponi lill-esperti tal-istati membri, estensjoni ta’ sentejn għall-awtorizzazzjoni tal-‘glyphosate’ biex l-Aġenzija Ewropea tal-Prodotti Kimiċi tistabilixxi jekk dan il-bexx hux perikoluż. Intqal li f’dan iż-żmien l-Aġenzija twettaq it-testijiet meħtieġa biex tistabilixxi l-bexx iħallix effetti fuq l-ormoni tal-bniedem.  “Din hija estensjoni tal-awtorizzazzjoni l-qadima” qal kelliem tal-Kummissjoni.

Il-proposta issa se tmur quddiem il-Kumitat tal-Pjanti, Annimal, Ikel u Għalf tal-Unjoni Ewropea. Il-‘glyphosate’ hija kimika użata fl-agrikoltura li filwaqt li toqtol il-ħaxix ħażin, tista’ tikkawża l-kanċer, fost effetti negattivi oħra. Il-vot biex tkompli tintuża l-kimika ‘glyphosate’ għal disa’ snin oħra, mingħajr restrizzjonijiet, ma ttiħidx għax il-Kummissjoni kkonkludiet li mhux se jkun hemm maġġoranza kwalifikata ta’ voti mill-istati membri.

Il-posponiment qed jagħti tama lil dawk kollha li jopponu l-użu ta’ dan il-bexx. Iż-żmien huwa qasir għax fit-30 ta’ Ġunju tiskadi l-liċenzja attwali għal użu tal-kimika popolari ħafna fl-agrikoltura bil-bdiewa u l-assoċjazzjonijiet tagħhom jgħidu li ma hemmx bexx ieħor effettiv daqsu. Jekk ma jittiħidx vot sa dan ix-xahar, il-Kummissjoni trid tagħti ruling b’nofs qalb għax ikollha ġġorr ir-responsabbilta` tad-deċiżjoni waħidha. Imbagħad ikun imiss li ma jidħlux aktar fl-UE prodotti li għandhom din il-kimika.

KIEKU…

Il-ministri tal-finanzi taż-żona ewro fi Brussell qablu dwar is-somma ta’ 10.3 biljun ewro biex jittaffa d-dejn tal-Greċja. Dan ir-ritwal ta’ ...
Read More

QBIL DWAR ID-DEJN TAL-GREĊJA

Wara 10 sigħat ta’ negozjati l-Ministri tal-Finanzi tal-UE laħqu qbil dwar l-ewwel missjoni ta’ monitoraġġ għat-tielet pjan ta’ salvataġġ Grieg ...
Read More

L-OPERAZZJONI SOFIA ESTIŻA B’SENA

L-‘Operazzjoni SOFIA’ -  l-operat tal-missjoni navali tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran Ċentrali - ġġeddet b’sena bil-għan li tappoġġja lill-awtoritajiet Libjani jikkontrollaw it-traffikar ...
Read More

IL-VISA LIT-TOROK TRID AKTAR ŻMIEN

Il-Kanċilliera Ġermaniża Angela Merkel qalet li jeħtieġ aktar żmien għal-liberalizzazzjoni tal-Visa lit-Torok, minħabba li l-President Tork Erdogan għadu qed jirrifjuta ...
Read More

RAPPORT DWAR L-IMPATT TAT-TTIP

Il-Kummissjoni Ewropea ħarġet rapport tekniku għall-konsultazzjoni pubblika dwar l-impatt tal-ftehim ta’ kummerċ u investiment bejn l-Istati Uniti u l-UE (TTIP) ...
Read More

SENA NIFS GĦAL SPANJA DWAR ID-DEFIĊIT

Il-Kummissjoni Ewropea rrakkomandat lil Spanja sena oħra biex treġġa’ lura d-defiċit tal-gvern taħt it-3% tal-PGD, kif jitolbu r-regoli tal-UE. Fl-2015 ...
Read More

SENTEJN BIEX JANALIZZAW  L-UŻU TAL-GLYPHOSATE

Nhar it-Tnejn 6 ta’ Ġunju l-Kummissjoni Ewropea se tipproponi lill-esperti tal-istati membri, estensjoni ta’ sentejn għall-awtorizzazzjoni tal-‘glyphosate’ biex l-Aġenzija Ewropea ...
Read More

100,000,000 EWROPEW B’UĠIGĦ FL-GĦADAM U L-MUSKOLI

Madwar 100 miljun ċittadin Ewropew ibati minn uġigħ fl-għadam jew fil-muskoli. Minn dawn nofshom ma jmorrux xogħol għal tlett ijiem ...
Read More

UTOPIA FI SPANJA

Marinaleda hija belt Spanjola mingħajr qgħad, kriminalita` u mingħajr bżonn ta’ pulizija.  Mhix ħolma. Tinsab fin-nofsinhar ta’ Spanja.  Deskritta bħala ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment