Il-Kummissjoni Ewropea ħarġet rapport tekniku għall-konsultazzjoni pubblika dwar l-impatt tal-ftehim ta’ kummerċ u investiment bejn l-Istati Uniti u l-UE (TTIP). Ir-rapport ta’ 400 paġna tħejja minn konsulenti indipendenti wara konsultazzjonijiet wiesgħa.  Ir-rapport jgħid li bit-TTIP jiżdied it-tkabbir u tiżdied l-esportazzjoni lejn l-Istati Unit b’27%. Jgħid ukoll li jiżdiedu l-benefiċċji għaċ-ċittadini kemm Ewropej u kemm Amerikani.

Il-Kummissjoni qalet li permezz tal-ftehim ta’ kummerċ mal-Istati Uniti, u anki mal-Kanada, l-UE tkun qed taffettwa l-globalizzazzjoni bi standards Ewropej u favur żvilupp sostenibbli. Qalet ukoll li fin-negozjati għad ma kienx hemm biżżejjed progress fuq kwistjonijiet li huma importanti għall-UE. Fl-aħħar summit tal-G7 Franza baqgħet turi x-xettiċiżmu tagħha għal dan il-ftehim. Il-Ġermanja qalet li fin-negozjati l-għaġġla ma għandhiex tieħu post il-kwalita`.

Wara ż-żmien ta’ konsultazzjoni, se jkun ippubblikat ir-rapport finali u r-rakkomandazzjonijiet qabel l-aħħar tas-sena.

L-Assoċjazzjoni tal-Konsumaturi qalet li l-istudju juri li bit-TTIP se jogħlew il-prezzijiet b’medja ta’ 0.3% kontra dak li ntqal meta bdew in-negozjati tliet snin ilu fejn il-wiegħda kienet għal prezzijiet orħos.

L-abbozz tar-rapport tista’ ssibu fuq: http://goo.gl/nHWGI3.

KIEKU…

Il-ministri tal-finanzi taż-żona ewro fi Brussell qablu dwar is-somma ta’ 10.3 biljun ewro biex jittaffa d-dejn tal-Greċja. Dan ir-ritwal ta’ ...
Read More

QBIL DWAR ID-DEJN TAL-GREĊJA

Wara 10 sigħat ta’ negozjati l-Ministri tal-Finanzi tal-UE laħqu qbil dwar l-ewwel missjoni ta’ monitoraġġ għat-tielet pjan ta’ salvataġġ Grieg ...
Read More

L-OPERAZZJONI SOFIA ESTIŻA B’SENA

L-‘Operazzjoni SOFIA’ -  l-operat tal-missjoni navali tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran Ċentrali - ġġeddet b’sena bil-għan li tappoġġja lill-awtoritajiet Libjani jikkontrollaw it-traffikar ...
Read More

IL-VISA LIT-TOROK TRID AKTAR ŻMIEN

Il-Kanċilliera Ġermaniża Angela Merkel qalet li jeħtieġ aktar żmien għal-liberalizzazzjoni tal-Visa lit-Torok, minħabba li l-President Tork Erdogan għadu qed jirrifjuta ...
Read More

RAPPORT DWAR L-IMPATT TAT-TTIP

Il-Kummissjoni Ewropea ħarġet rapport tekniku għall-konsultazzjoni pubblika dwar l-impatt tal-ftehim ta’ kummerċ u investiment bejn l-Istati Uniti u l-UE (TTIP) ...
Read More

SENA NIFS GĦAL SPANJA DWAR ID-DEFIĊIT

Il-Kummissjoni Ewropea rrakkomandat lil Spanja sena oħra biex treġġa’ lura d-defiċit tal-gvern taħt it-3% tal-PGD, kif jitolbu r-regoli tal-UE. Fl-2015 ...
Read More

SENTEJN BIEX JANALIZZAW  L-UŻU TAL-GLYPHOSATE

Nhar it-Tnejn 6 ta’ Ġunju l-Kummissjoni Ewropea se tipproponi lill-esperti tal-istati membri, estensjoni ta’ sentejn għall-awtorizzazzjoni tal-‘glyphosate’ biex l-Aġenzija Ewropea ...
Read More

100,000,000 EWROPEW B’UĠIGĦ FL-GĦADAM U L-MUSKOLI

Madwar 100 miljun ċittadin Ewropew ibati minn uġigħ fl-għadam jew fil-muskoli. Minn dawn nofshom ma jmorrux xogħol għal tlett ijiem ...
Read More

UTOPIA FI SPANJA

Marinaleda hija belt Spanjola mingħajr qgħad, kriminalita` u mingħajr bżonn ta’ pulizija.  Mhix ħolma. Tinsab fin-nofsinhar ta’ Spanja.  Deskritta bħala ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment