Il-ministri tal-finanzi taż-żona ewro fi Brussell qablu dwar is-somma ta’ 10.3 biljun ewro biex jittaffa d-dejn tal-Greċja. Dan ir-ritwal ta’ diskussjonijiet fil-kalendarju tal-Unjoni Ewropea drajnieh.  Ħafna drabi jinvolvi ħafna diskors iebes u manuvrar wara l-kwinti, sakemm jintlaħaq kompromess li permezz tiegħu jkunu posposti d-deċiżjonijiet il-kbar għas-sena ta’ wara. Hekk reġa’ ġara issa – id-deċiżjonijiet l-importanti tfarfru għal 2018.

Did-darba l-Greċja ma staqsietx għal aktar flus għax dawn jingħatawlha skont il-ftehim tas-sena l-oħra. Id-diżgwid fin-negozjati ta’ din is-sena kien bejn il-kredituri – jiġifieri dawk li qed isellfu l-flus lil Greċja. Il-Fond Monetarju Internazzjonali kien qed jimbotta biex jinħafer ftit mid-dejn tal-Greċja (għalkemm il-maħfra ma ridhiex li tkun fuq is-somma tal-flus li sellef hu). Il-Fond Monetarju Internazzjonali qed jisħaq li d-dejn tal-Greċja, kif inhu, mhux sostenibbli u qed jaffettwa t-tkabbir ekonomiku. L-istituzzjonijiet Ewropej, bil-Ġermanja warajhom, insistew li ma għandu jinħafer l-ebda dejn għax inkella jinħoloq preċedent perikoluż u inaċċettabbli. L-argument hu li l-Greċja kisbet ħafna għajnuna mill-kredituri Ewropej, allura issa trid tagħmel ir-riformi biex tiġġenera t-tkabbir u tħallas lura dak li għandha tagħti.

Minkejja l-ftehim, l-analiżi tal-Fond Monetarju jisħaq li taħt il-programm attwali, il-Greċja mhux se ttejjeb il-qagħda ekonomika tagħha. Il-kredituri Ewropej insistew li ma għandu jinħafer l-ebda dejn. Il-Fond Monetarju qed jisħaq li bir-riformi, il-Greċja xorta mhux se jkollha biżżejjed tkabbir biex id-dejn isir sostenibbli. Imma xorta, il-Greċja se tibqa’ tirċievi finanzjament mill-pajjiżi taż-żona Ewro.

Fil-preżent id-dejn tal-Greċja mhux l-iktar ħaġa li qed tinkwieta lill-UE. Il-kriżi tar-refuġjati fis-Sirja qanqlet tensjonijiet dwar l-immigrazzjoni, bil-partiti msejħa populisti u dawk tal-lemin estrem jixegħlu x-xrar tal-biżgħa u r-rabja. Intant ftit ’il bogħod minna mal-kosta tal-Libja ġa għerqu mal-1000 ruħ, u għadu lanqas beda s-Sajf.

Il-problemi tal-Greċja, is-suspett fl-immigranti u l-politika li biha qed jitmexxew dawn il-kriżijiet, qed thedded lill-partiti taċ-ċentru fl-Ewropa. Dan deher ċar fl-Awstrija fejn il-kandidat tal-lemin estrem mar żmerċ bi ftit eluf ta’ voti.

Sena oħra l-Kanċilliera Angela Merkel taffaċċja l-elettorat Ġermaniż. Wara li s-sena l-oħra stiednet l-immigranti jiġu pajjiżha, issa qed tipprova ttaffi s-sentiment ta’ nazzjonaliżmu fil-Ġermanja. Il-Ministru tal-Finanzi tagħha Wolfgang Schauble lagħab il-karta ta’ aktar awsterita` fiż-żona ewro, speċjalment għal Greċja.  Fil-Greċja il-VAT se togħla għal 24%, se jiġu pprivatizzati aktar assi tal-Gvern u t-tbatija se tiżdied.

Bħal daż-żmien sena, aktarx Tsipras ikun għadu fil-gvern, ir-riformi ma jkunux iġġeneraw il-ġid mixtieq u l-pajjiżi Ewropej jerġgħu jaffaċċjaw l-istess problemi tal-lum. Kollox jindika li l-istess storja se terġa’ tirrepeti ruħha. Kieku fil-proċess il-Griegi mhux ibatu, kieku l-ekonomija Griega tqum fuq saqajha u kieku l-ekonomija Ewropea ma tibqax fil-limbu, kieku l-anqas jimporta.  Kieku….

KIEKU…

Il-ministri tal-finanzi taż-żona ewro fi Brussell qablu dwar is-somma ta’ 10.3 biljun ewro biex jittaffa d-dejn tal-Greċja. Dan ir-ritwal ta’ ...
Read More

QBIL DWAR ID-DEJN TAL-GREĊJA

Wara 10 sigħat ta’ negozjati l-Ministri tal-Finanzi tal-UE laħqu qbil dwar l-ewwel missjoni ta’ monitoraġġ għat-tielet pjan ta’ salvataġġ Grieg ...
Read More

L-OPERAZZJONI SOFIA ESTIŻA B’SENA

L-‘Operazzjoni SOFIA’ -  l-operat tal-missjoni navali tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran Ċentrali - ġġeddet b’sena bil-għan li tappoġġja lill-awtoritajiet Libjani jikkontrollaw it-traffikar ...
Read More

IL-VISA LIT-TOROK TRID AKTAR ŻMIEN

Il-Kanċilliera Ġermaniża Angela Merkel qalet li jeħtieġ aktar żmien għal-liberalizzazzjoni tal-Visa lit-Torok, minħabba li l-President Tork Erdogan għadu qed jirrifjuta ...
Read More

RAPPORT DWAR L-IMPATT TAT-TTIP

Il-Kummissjoni Ewropea ħarġet rapport tekniku għall-konsultazzjoni pubblika dwar l-impatt tal-ftehim ta’ kummerċ u investiment bejn l-Istati Uniti u l-UE (TTIP) ...
Read More

SENA NIFS GĦAL SPANJA DWAR ID-DEFIĊIT

Il-Kummissjoni Ewropea rrakkomandat lil Spanja sena oħra biex treġġa’ lura d-defiċit tal-gvern taħt it-3% tal-PGD, kif jitolbu r-regoli tal-UE. Fl-2015 ...
Read More

SENTEJN BIEX JANALIZZAW  L-UŻU TAL-GLYPHOSATE

Nhar it-Tnejn 6 ta’ Ġunju l-Kummissjoni Ewropea se tipproponi lill-esperti tal-istati membri, estensjoni ta’ sentejn għall-awtorizzazzjoni tal-‘glyphosate’ biex l-Aġenzija Ewropea ...
Read More

100,000,000 EWROPEW B’UĠIGĦ FL-GĦADAM U L-MUSKOLI

Madwar 100 miljun ċittadin Ewropew ibati minn uġigħ fl-għadam jew fil-muskoli. Minn dawn nofshom ma jmorrux xogħol għal tlett ijiem ...
Read More

UTOPIA FI SPANJA

Marinaleda hija belt Spanjola mingħajr qgħad, kriminalita` u mingħajr bżonn ta’ pulizija.  Mhix ħolma. Tinsab fin-nofsinhar ta’ Spanja.  Deskritta bħala ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment