Marinaleda hija belt Spanjola mingħajr qgħad, kriminalita` u mingħajr bżonn ta’ pulizija.  Mhix ħolma. Tinsab fin-nofsinhar ta’ Spanja.  Deskritta bħala belt soċjal-demokratika perfetta. Trankwilla, mdawra b’għoljiet ħodor, b’kilometri ta’ siġar taż-żebbuġ u għelieqi dehbiena tal-qamħ. Hija belt tipika tal-Andalusia, ir-reġjun l-inqas sinjur ta’ Spanja.

Marinaleda saret famuża l-aktar permezz tas-sindku tagħha Juan Manuel Sanchez Gordillo magħruf bħala Robin Hood. Elett b’mod demokratiku fl-1979, Gordillo huwa kontra l-kapitaliżmu. Ordna sensiela ta’ ‘raids’ f’supermarkets. Oġġetti bażiċi tal-ikel bħar-ross u żejt ittieħdu mill-ħwienet biex jingħataw lill-foqra. Gordillo jgħid li dan ma kienx serq imma diżobbedjenza mhux vjolenti. “Hawn ħafna familji li ma jaffordjawx l-ikel,” argumenta Gordillo, “fis-seklu 21 din hija diżgrazzja. L-ikel huwa dritt u mhux xi ħaġa li biha tista’ tispekula.”

F’Marinaleda min irid jibni d-dar tiegħu jingħata 192 metru kwadru ta’ art, biżżejjed għal dar spazjuża. Il-materjal u l-ħaddiema huma provduti mill-Kunsill. Il-familji mbagħad iħallsu biss 15-il ewro fix-xahar għall-kumplament ta’ ħajjithom, bil-patt u l-kundizzjoni li ma jistgħux ibigħu d-dar u jaqilgħu l-flus minnha.

Fl-Andalusia l-qgħad qiegħed 37%, għaż-żgħażagħ sploda għal 55%.  Imma f’Marinaleda, li għandha popolazzjoni ta’ 2700, m’hemmx qgħad bis-saħħa tal-kooperattiva agrarja. Il-ħaddiema jaqilgħu kollha l-istess – paga ta’ 1200 ewro fix-xahar. F’dan ir-reġjun, fejn 1 minn kull 3 persuni ma għandhomx xogħol, din il-kisba hija waħda kbira.

‘Hemm bżonn li nikkontemplaw fuq il-valuri, is-soċjeta` konsumerista, il-valur li nagħtu lill-flus u l-individwaliżmu.” Marinaleda hija eżempju żgħir. Is-sindku jixtieq li dan l-eżempju ssir taf bih id-dinja kollha.

KIEKU…

Il-ministri tal-finanzi taż-żona ewro fi Brussell qablu dwar is-somma ta’ 10.3 biljun ewro biex jittaffa d-dejn tal-Greċja. Dan ir-ritwal ta’ ...
Read More

QBIL DWAR ID-DEJN TAL-GREĊJA

Wara 10 sigħat ta’ negozjati l-Ministri tal-Finanzi tal-UE laħqu qbil dwar l-ewwel missjoni ta’ monitoraġġ għat-tielet pjan ta’ salvataġġ Grieg ...
Read More

L-OPERAZZJONI SOFIA ESTIŻA B’SENA

L-‘Operazzjoni SOFIA’ -  l-operat tal-missjoni navali tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran Ċentrali - ġġeddet b’sena bil-għan li tappoġġja lill-awtoritajiet Libjani jikkontrollaw it-traffikar ...
Read More

IL-VISA LIT-TOROK TRID AKTAR ŻMIEN

Il-Kanċilliera Ġermaniża Angela Merkel qalet li jeħtieġ aktar żmien għal-liberalizzazzjoni tal-Visa lit-Torok, minħabba li l-President Tork Erdogan għadu qed jirrifjuta ...
Read More

RAPPORT DWAR L-IMPATT TAT-TTIP

Il-Kummissjoni Ewropea ħarġet rapport tekniku għall-konsultazzjoni pubblika dwar l-impatt tal-ftehim ta’ kummerċ u investiment bejn l-Istati Uniti u l-UE (TTIP) ...
Read More

SENA NIFS GĦAL SPANJA DWAR ID-DEFIĊIT

Il-Kummissjoni Ewropea rrakkomandat lil Spanja sena oħra biex treġġa’ lura d-defiċit tal-gvern taħt it-3% tal-PGD, kif jitolbu r-regoli tal-UE. Fl-2015 ...
Read More

SENTEJN BIEX JANALIZZAW  L-UŻU TAL-GLYPHOSATE

Nhar it-Tnejn 6 ta’ Ġunju l-Kummissjoni Ewropea se tipproponi lill-esperti tal-istati membri, estensjoni ta’ sentejn għall-awtorizzazzjoni tal-‘glyphosate’ biex l-Aġenzija Ewropea ...
Read More

100,000,000 EWROPEW B’UĠIGĦ FL-GĦADAM U L-MUSKOLI

Madwar 100 miljun ċittadin Ewropew ibati minn uġigħ fl-għadam jew fil-muskoli. Minn dawn nofshom ma jmorrux xogħol għal tlett ijiem ...
Read More

UTOPIA FI SPANJA

Marinaleda hija belt Spanjola mingħajr qgħad, kriminalita` u mingħajr bżonn ta’ pulizija.  Mhix ħolma. Tinsab fin-nofsinhar ta’ Spanja.  Deskritta bħala ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment