Il-Kummissjoni Ewropea rrakkomandat lil Spanja sena oħra biex treġġa’ lura d-defiċit tal-gvern taħt it-3% tal-PGD, kif jitolbu r-regoli tal-UE. Fl-2015 id-defiċit qabeż il-5%. Spanja għaddejja minn instabilita` politika hekk kif fl-elezzjonijiet ta’ Diċembru ma rnexxilhiex tifforma gvern. Elezzjonijiet ġodda se jsiru fis-26 ta’ Ġunju. Il-pajjiż baqa’ jitmexxa mill-Gvern ċentru-lemin ta’ Rajoy li qed ikun ikkritikat li waqt li qed iwiegħed tnaqqis fit-taxxa lill-elettorat, qed jitkellem xort’oħra fuq livell Ewropew.

Il-Ministru tal-Finanzi Ġermaniż Wolfgang Schäuble kkritika bl-aħrax lill-Kummissjoni Ewropea. Qal li mhix kapaċi tieħu deċiżjoni rigward Spanja u l-Portugall li qed jiksru r-regoli ekonomiċi tal-UE.

Il-Ministri tal-Finanzi taż-żona Ewro mistennija jilqgħu t-talba tal-Kummissjoni dan ix-xahar. Jekk dan ma jseħħx Spanja ssir esposta għal sanzjonijiet finanzjarji minħabba defiċit eċċessiv.

KIEKU…

Il-ministri tal-finanzi taż-żona ewro fi Brussell qablu dwar is-somma ta’ 10.3 biljun ewro biex jittaffa d-dejn tal-Greċja. Dan ir-ritwal ta’ ...
Read More

QBIL DWAR ID-DEJN TAL-GREĊJA

Wara 10 sigħat ta’ negozjati l-Ministri tal-Finanzi tal-UE laħqu qbil dwar l-ewwel missjoni ta’ monitoraġġ għat-tielet pjan ta’ salvataġġ Grieg ...
Read More

L-OPERAZZJONI SOFIA ESTIŻA B’SENA

L-‘Operazzjoni SOFIA’ -  l-operat tal-missjoni navali tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran Ċentrali - ġġeddet b’sena bil-għan li tappoġġja lill-awtoritajiet Libjani jikkontrollaw it-traffikar ...
Read More

IL-VISA LIT-TOROK TRID AKTAR ŻMIEN

Il-Kanċilliera Ġermaniża Angela Merkel qalet li jeħtieġ aktar żmien għal-liberalizzazzjoni tal-Visa lit-Torok, minħabba li l-President Tork Erdogan għadu qed jirrifjuta ...
Read More

RAPPORT DWAR L-IMPATT TAT-TTIP

Il-Kummissjoni Ewropea ħarġet rapport tekniku għall-konsultazzjoni pubblika dwar l-impatt tal-ftehim ta’ kummerċ u investiment bejn l-Istati Uniti u l-UE (TTIP) ...
Read More

SENA NIFS GĦAL SPANJA DWAR ID-DEFIĊIT

Il-Kummissjoni Ewropea rrakkomandat lil Spanja sena oħra biex treġġa’ lura d-defiċit tal-gvern taħt it-3% tal-PGD, kif jitolbu r-regoli tal-UE. Fl-2015 ...
Read More

SENTEJN BIEX JANALIZZAW  L-UŻU TAL-GLYPHOSATE

Nhar it-Tnejn 6 ta’ Ġunju l-Kummissjoni Ewropea se tipproponi lill-esperti tal-istati membri, estensjoni ta’ sentejn għall-awtorizzazzjoni tal-‘glyphosate’ biex l-Aġenzija Ewropea ...
Read More

100,000,000 EWROPEW B’UĠIGĦ FL-GĦADAM U L-MUSKOLI

Madwar 100 miljun ċittadin Ewropew ibati minn uġigħ fl-għadam jew fil-muskoli. Minn dawn nofshom ma jmorrux xogħol għal tlett ijiem ...
Read More

UTOPIA FI SPANJA

Marinaleda hija belt Spanjola mingħajr qgħad, kriminalita` u mingħajr bżonn ta’ pulizija.  Mhix ħolma. Tinsab fin-nofsinhar ta’ Spanja.  Deskritta bħala ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment