L-Unjoni Ewropea għandha bosta għadmiet iebsa xi tmexmex fix-xhur li ġejjin. Hemm il-problemi tal-Greċja, il-kriżi tal-immigrazzjoni, il-kriżi tal-Ukraina u l-proposti tar-Renju Unit lill-Unjoni Ewropea.
L-aġenda tal-Unjoni mhix se tkun faċli. Biex tkompli tagħqad din il-ħarifa hemm elezzjonijiet importanti f’pajjiżi ewropej bħal Spanja u anki elezzjoni importanti ta’ pajjiż ġirien tal-UE – it-Turkija.
Il-Greċja tibqa’ tokkupa problema prinċipali. Ateni ħadet pjan ta’ salvataġġ ġdid imma l-ġejjieni għadu mħarbat. L-elezzjonijiet tal-20 ta’ Settembru jistgħu jwasslu għal instabilita` politika u għal għajta biex il-Greċja tħalli ż-żona ewro.
Kemm jekk huma problemi politiċi, ekonomiċi jew problemi relatati mas-sigurta`, l-Ewropa għandha ħafna ostakoli ma’ wiċċha. Il-kritika li qed taqla’ l-UE hija li l-problemi tal-lum għadhom magħna għax l-Ewropa baqgħet tkaxkar saqajha.
Ħafna huma tal-fehma li l-UE fil-passat kienet aktar effettiva fit-teħid tad-deċiżjonijiet meta kien hemm anqas diverġenzi politiċi. Illum, bi 28 pajjiż, aktar diffiċli biex jintlaħaq ftehim u jitwettqu d-deċiżjonijiet – bħal kif ġara fil-każ tal-immigrazzjoni. L-Ewropa ilha tissara ma’ din il-problema għal aktar minn deċenju. Minkejja li l-gwerra fis-Sirja dehret li se tqanqal influss qawwi ta’ rifuġjati, ftit li xejn l-Ewropa ppreparat ruħha għal dan il-fenomenu. L-ostilita` fl-Ewropa dwar l-immigrazzjoni kibret tant li qed twassal għal kunflitti bejn l-istati ewropej infushom u wasslet għal kontrolli mill-ġdid bejn il-fruntieri f’ċerti żoni.
Waqt li l-mexxejja ewropej qed jiddiskutu dwar il-kwoti li kull pajjiż għandu jieħu, l-immigranti qed ikomplu jinvadu l-Ewropa. Fl-14 ta’ Settembru se ssir laqgħa bejn it-28 ministru tal-intern tal-pajjiżi tal-UE.
L-ekonomija mhix inkoraġġanti għal Brussell. Partijiet kbar tal-ekonomiji Ewropej għadhom staġnati, ir-rata tal-qgħad,għalkemm qed tonqos, għadha għolja u l-banek għadhom iebsa biex isellfu l-flus. Brussell qegħda taħt pressjoni biex iżżid il-pjanijiet li jkabbru l-ekonomija u jsaħħu ż-żona ewro. In-nuqqas ta’ progress f’dan il-qasam qanqal il-kritika li Brussell tilfet ir-ritmu.
Il-Kummissjoni Ewropea għad trid turi li se twettaq il-wegħda li se tagħti nifs ġdid lill-UE wara tant staġnar.
IL-KALMA QABEL IL-MALTEMPATA
Read More
‘ID-DGĦJUFIJIET TAL-UNJONI EWROPEA RIŻULTAT TA’ ŻVILUPPI FI ĦDANHA’
Read More
IX‑XENGEN FIL‑PERIKLU
Read More
L‑INTERESSI TAL‑ĦADDIEMA : IL‑PRIJORITA’ TAS‑SOĊJALISTI EWROPEJ
Read More
JIKBRU D‑DIVERĠENZI EKONOMIĊI BEJN IR‑REĠJUNI TAL‑UE
Read More
JEŻISTU RISKJI POLITIĊI OĦRA FIŻ‑ŻONA EWRO
Read More
TNAQQIS FIR‑RATA TAL‑QGĦAD F’LULJU GĦAŻ‑ŻONA EWRO
Read More
L‑EWROPA INĊERTA DWAR L‑ISFIDI EKONOMIĊI U UMANITARJI
Read More
€600 MILJUN BIEX TQARREB IL‑BALKANI LEJN L‑UE.
Read More
X’INHU DAN? X’INHI DIN? – IS-SUQ KOMUNI
Read More
Post a comment