Is-suq komuni jirreferi għall-Unjoni Ewropea bħala territorju wieħed, mingħajr fruntieri interni jew ostakli regolatorji oħra għaċ-ċaqliq ħieles ta’ oġġetti u servizzi. Suq Komuni mħaddem tajjeb jistimula l-kompetizzjoni u l-kummerċ, itejjeb l-effiċenza, jgħolli l-kwalita` tal-prodotti u jgħin fit-tnaqqis tal-prezzijiet. Is-Suq Komuni huwa wieħed mill-akbar kisbiet tal-UE għax żied it-tkabbir ekonomiku u permezz tiegħu il-ħajja ta’ kuljum tal-kumaniji u tal-konsumaturi saret aktar sempliċi.
Fil-preżent, l-għan ewlieni tal-Kummissjoni Ewropea huwa li jtejjeb is-suq komuni billi jipprovdi qafas ta’ regolamenti għaċ-ċaqliq tal-oġġetti u jtejjeb il-kompetittivita`, ineħħi l-ostakli għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni, jippromwovi ambjent pożittiv għan-negozjanti u l-konsumaturi bbażat fuq trasparenza u regoli sempliċi u ċari. Il-Kummissjoni tara li kollox ikun qed jimxi skont ir-regoli tat-trattati u skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea.
Is-Suq Komuni tal-UE jaqdi 500 miljun konsumatur u 21 miljun intrapriża żgħira jew medja (SMEs). Is-servizzi fis-suq komuni jammontaw għall-70% tal-attivita` ekonomika kollha. Kumpaniji Ewropej għandhom il-liberta` li jiftħu f’pajjiżi oħra tal-UE u jistgħu joffru s-servizzi tagħhom f’pajjiżi differenti minn dawk li stabilixxew ruħhom fihom.
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/09/bigstock-European-waving-flag-on-white-94405955-300x300.jpg)
IL-KALMA QABEL IL-MALTEMPATA
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/08/Europäische_Wirtschafts-_und_Währungsunion.svg_-300x300.jpg)
‘ID-DGĦJUFIJIET TAL-UNJONI EWROPEA RIŻULTAT TA’ ŻVILUPPI FI ĦDANHA’
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/09/bigstock-European-Union-Schengen-Countr-91594256-300x300.jpg)
IX‑XENGEN FIL‑PERIKLU
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/09/bigstock-Asian-worker-at-construction-m-70337410-300x300.jpg)
L‑INTERESSI TAL‑ĦADDIEMA : IL‑PRIJORITA’ TAS‑SOĊJALISTI EWROPEJ
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/09/bigstock-Night-Earth-A-Piece-Of-Europe-61082897-copy-300x300.jpg)
JIKBRU D‑DIVERĠENZI EKONOMIĊI BEJN IR‑REĠJUNI TAL‑UE
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/09/as_econ-300x300.jpg)
JEŻISTU RISKJI POLITIĊI OĦRA FIŻ‑ŻONA EWRO
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/09/bigstock-Unemployed-man-at-home-on-the-62265308-300x300.jpg)
TNAQQIS FIR‑RATA TAL‑QGĦAD F’LULJU GĦAŻ‑ŻONA EWRO
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/09/IMG_2328-Large-e1441909739968-300x300.jpg)
L‑EWROPA INĊERTA DWAR L‑ISFIDI EKONOMIĊI U UMANITARJI
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/09/bigstock-The-main-train-station-Zagreb-50749130-300x300.jpg)
€600 MILJUN BIEX TQARREB IL‑BALKANI LEJN L‑UE.
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/09/bigstock-Truck-In-Port-66262615-300x300.jpg)
X’INHU DAN? X’INHI DIN? – IS-SUQ KOMUNI
Read More
Post a comment