Tul bajja twila u ramlija fil-baħar Baltiku, fil-gżira Ġermaniża Rügen, inbniet l-ikbar lukanda tad-dinja. Tant hi kbira li twassal ħames kilometri u nofs u għandha 10,000 kamra tas-sodda li kollha jagħtu għal fuq il-baħar. Għalkemm ilha mibnija 70 sena, qatt ma qagħdu nies fiha. Dan għaliex din ir-resort, bl-isem ta’ Prora nbniet min-Nażisti bejn l-1936 u 1939 fuq ordnijiet ta’ Hitler. F’dak il-perijodu, Hitler kien qed jipprepara għal gwerra u għalhekk il-proġett qatt ma tlesta.
Fil-ftit snin li kienet qed tinbena, fi Prora kienu qed jaħdmu l-akbar kumpaniji tal-kostruzzjoni tar-Reich bi kważi 9, 000 ħaddiem. Mal-bidu tat-tieni gwerra fl-1939, il-bini twaqqaf u l-ħaddiema ġew trasferiti għall-fabbriki li jipproduċu l-armi. Matul il-bombardamenti, ħafna nies mill-inħawi ta’ Hamburg kienu jsibu rifuġju fiha. Wara l-gwerra, Prora kienet tintuża mill-militar tal-Ġermanja ta’ Lvant. Wara l-waqgħa tal-ħajt ta’ Berlin fl-1990, il-bini safa vojt.
Il-kumpless jakkomoda 20,000 ruħ u kien parti mill-kampanja Nażista ‘Strength through Joy’ (“Kraft durch Freude”). L-għan kien li l-ħaddiema Ġermaniżi jkollhom attivitajiet ta’ rilassament biex tikber il-propaganda Nażista. Illum il-post għadu vojt, ħlief għal mużew żgħir u diskoteka. Il-pjan attwali għal Prora hu li ssir ‘holiday resort’ moderna. Xi blokki tal-bini nbiegħu lil privat biex minnhom joħorġu appartamenti għall-vaganzi, kafetteriji, diskoteki, lukandi, postijiet għall-isport u swimming pools li jattiraw ħafna turisti.
IL-KALMA QABEL IL-MALTEMPATA
Read More
‘ID-DGĦJUFIJIET TAL-UNJONI EWROPEA RIŻULTAT TA’ ŻVILUPPI FI ĦDANHA’
Read More
IX‑XENGEN FIL‑PERIKLU
Read More
L‑INTERESSI TAL‑ĦADDIEMA : IL‑PRIJORITA’ TAS‑SOĊJALISTI EWROPEJ
Read More
JIKBRU D‑DIVERĠENZI EKONOMIĊI BEJN IR‑REĠJUNI TAL‑UE
Read More
JEŻISTU RISKJI POLITIĊI OĦRA FIŻ‑ŻONA EWRO
Read More
TNAQQIS FIR‑RATA TAL‑QGĦAD F’LULJU GĦAŻ‑ŻONA EWRO
Read More
L‑EWROPA INĊERTA DWAR L‑ISFIDI EKONOMIĊI U UMANITARJI
Read More
€600 MILJUN BIEX TQARREB IL‑BALKANI LEJN L‑UE.
Read More
X’INHU DAN? X’INHI DIN? – IS-SUQ KOMUNI
Read More
Post a comment