L-Unjoni Ewropea għandha bosta għadmiet iebsa xi tmexmex fix-xhur li ġejjin. Hemm il-problemi tal-Greċja, il-kriżi tal-immigrazzjoni, il-kriżi tal-Ukraina u l-proposti tar-Renju Unit lill-Unjoni Ewropea.

L-aġenda tal-Unjoni mhix se tkun faċli. Biex tkompli tagħqad din il-ħarifa hemm elezzjonijiet importanti f’pajjiżi ewropej bħal Spanja u anki elezzjoni importanti ta’ pajjiż ġirien tal-UE – it-Turkija.

Il-Greċja tibqa’ tokkupa problema prinċipali. Ateni ħadet pjan ta’ salvataġġ ġdid imma l-ġejjieni għadu mħarbat. L-elezzjonijiet tal-20 ta’ Settembru jistgħu jwasslu għal instabilita` politika u għal għajta biex il-Greċja tħalli ż-żona ewro.

Kemm jekk huma problemi politiċi, ekonomiċi jew problemi relatati mas-sigurta`, l-Ewropa għandha ħafna ostakoli ma’ wiċċha. Il-kritika li qed taqla’ l-UE hija li l-problemi tal-lum għadhom magħna għax l-Ewropa baqgħet tkaxkar saqajha.

Ħafna huma tal-fehma li l-UE fil-passat kienet aktar effettiva fit-teħid tad-deċiżjonijiet meta kien hemm anqas diverġenzi politiċi. Illum, bi 28 pajjiż, aktar diffiċli biex jintlaħaq ftehim u jitwettqu d-deċiżjonijiet – bħal kif ġara fil-każ tal-immigrazzjoni. L-Ewropa ilha tissara ma’ din il-problema għal aktar minn deċenju. Minkejja li l-gwerra fis-Sirja dehret li se tqanqal influss qawwi ta’ rifuġjati, ftit li xejn l-Ewropa ppreparat ruħha għal dan il-fenomenu. L-ostilita` fl-Ewropa dwar l-immigrazzjoni kibret tant li qed twassal għal kunflitti bejn l-istati ewropej infushom u wasslet għal kontrolli mill-ġdid bejn il-fruntieri f’ċerti żoni.

Waqt li l-mexxejja ewropej qed jiddiskutu dwar il-kwoti li kull pajjiż għandu jieħu, l-immigranti qed ikomplu jinvadu l-Ewropa. Fl-14 ta’ Settembru se ssir laqgħa bejn it-28 ministru tal-intern tal-pajjiżi tal-UE.

L-ekonomija mhix inkoraġġanti għal Brussell. Partijiet kbar tal-ekonomiji Ewropej għadhom staġnati, ir-rata tal-qgħad,għalkemm qed tonqos, għadha għolja u l-banek għadhom iebsa biex isellfu l-flus. Brussell qegħda taħt pressjoni biex iżżid il-pjanijiet li jkabbru l-ekonomija u jsaħħu ż-żona ewro. In-nuqqas ta’ progress f’dan il-qasam qanqal il-kritika li Brussell tilfet ir-ritmu.

Il-Kummissjoni Ewropea għad trid turi li se twettaq il-wegħda li se tagħti nifs ġdid lill-UE wara tant staġnar.

IL-KALMA QABEL IL-MALTEMPATA

L-Unjoni Ewropea għandha bosta għadmiet iebsa xi tmexmex fix-xhur li ġejjin. Hemm il-problemi tal-Greċja, il-kriżi tal-immigrazzjoni, il-kriżi tal-Ukraina u l-proposti ...
Read More

‘ID-DGĦJUFIJIET TAL-UNJONI EWROPEA RIŻULTAT TA’ ŻVILUPPI FI ĦDANHA’

Il-Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew fi Strasbourg li d-dgħjufijiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea huma riżultat ta’ żviluppi ...
Read More

IX‑XENGEN FIL‑PERIKLU

Mingħajr ftehim dwar it-tqassim tal-immigranti bejn l-istati membri tal-UE, il-futur taż-żona Xengen qed jitqies mhedded. Sa issa, mis-26 pajjiż fiż-żona ...
Read More

L‑INTERESSI TAL‑ĦADDIEMA : IL‑PRIJORITA’ TAS‑SOĊJALISTI EWROPEJ

Il-prijorita` tas-Soċjalisti Ewropej għandha tkun l-interessi tal-ħaddiema Ewropej u jkun tajjeb li jidhru li qed jagħmlu dan. Dan qalu l-Kap ...
Read More

JIKBRU D‑DIVERĠENZI EKONOMIĊI BEJN IR‑REĠJUNI TAL‑UE

Id-diverġenzi ekonomiċi bejn il-pajjiżi ċentrali tal-Ewropa u dawk fil-periferija tal-kontinent qed ikomplu jiżdiedu. Żdiedu d-diverġenzi fl-iżvilupp ta’ reġjuni differenti tal-istess ...
Read More

JEŻISTU RISKJI POLITIĊI OĦRA FIŻ‑ŻONA EWRO

 ‘Is-sitwazzjoni fil-Greċja turi li jeżistu riskji politiċi għal pajjiżi oħra fiż-żona Ewro. Jekk mhux se tingħata prijorita` massima biex jitnaqqsu ...
Read More

TNAQQIS FIR‑RATA TAL‑QGĦAD F’LULJU GĦAŻ‑ŻONA EWRO

Wara xhur ta’ staġnar, ir-rata tal-qgħad niżlet b’0.2% fiż-żona ewro għax-xahar ta’ Lulju, biex b’hekk saret 10.9%. Fl-Unjoni Ewropea kollha ...
Read More

BANEK

4,412 –il bank fl-Unjoni Ewropea fl-2014 immeniġjaw assi li jammontaw għal €43.6 biljun. Skont l-informazzjoni ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew, fl-Unjoni ...
Read More

L‑EWROPA INĊERTA DWAR L‑ISFIDI EKONOMIĊI U UMANITARJI

L-Ewropa tinsab fi stat ta' inċertezza dwar kif l-aħjar tidderieġi l-ekonomija tagħha; dwar kif tikkonsolida l-kisbiet tagħha; dwar kif issaħħaħ ...
Read More

€600 MILJUN BIEX TQARREB IL‑BALKANI LEJN L‑UE.

Il-Kummissjoni Ewropea se talloka €600 miljun fis-settur tat-trasport u t-toroq biex tgħaqqad il-pajjiżi tal-Balkani mal-pajjiżi ġirien tagħhom membri tal-Unjoni Ewropea ...
Read More

X’INHU DAN? X’INHI DIN? – IS-SUQ KOMUNI

Is-suq komuni jirreferi għall-Unjoni Ewropea bħala territorju wieħed, mingħajr fruntieri interni jew ostakli regolatorji oħra għaċ-ċaqliq ħieles ta’ oġġetti u ...
Read More

PRORA

Tul bajja twila u ramlija fil-baħar Baltiku, fil-gżira Ġermaniża Rügen, inbniet l-ikbar lukanda tad-dinja. Tant hi kbira li twassal ħames ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment