Id-diverġenzi ekonomiċi bejn il-pajjiżi ċentrali tal-Ewropa u dawk fil-periferija tal-kontinent qed ikomplu jiżdiedu. Żdiedu d-diverġenzi fl-iżvilupp ta’ reġjuni differenti tal-istess pajjiż. Dan ġara fir-Renju Unit, l-Italja, l-Olanda, il-Ġreċja u l-Portugall għax huma l-aktar pajjiżi li esperjenzaw bidliet fir-reġjuni tagħhom. Xi stati membri kellhom tkabbir negattiv f’kull reġjun bħal Spanja, Greċja, Portugall, Ċipru, Lussemburgu, Slovenja, Irlanda, Finlandja u Kroazja.
Min-naħa l-oħra, xi stati membri rreġistraw tkabbir ekonomiku eċċellenti bħal Malta, il-Polonja, l-Awstrija, r-Rumanija, s-Slovakkja, l-Ungerija, Latvja, Litwanja, Bulgarija, Estonja. Il-Germanja, il-Belġju u r-Repubblika Ċeka rreġistraw tkabbir reġjonali pożittiv. Id-Danimarka, Franza, l-Italja u l-Olanda, l-Isvezja u r-Renju Unit kellhom riżultati differenti f’reġjuni differenti. Bl-eċċezzjoni tal-Awstrija, l-istati membri li ssieħbu fl-UE bejn 2004-2007 rreġistraw tkabbir fir-reġjuni kollha.
Il-Kummissjoni Ewropea mistennija tikkalkula l-allokazzjoni tal-fondi strutturali fir-Rebbiegħa tal-2016 fuq l-istatistika tal-2013 u tal-2014. Dan se jwassal għal tibdil fin-numru ta’ fondi allokati lill-istati membri u r-reġjuni tagħhom. L-aġġustament ma jistax jaqbeż l-€4 biljuni.
IL-KALMA QABEL IL-MALTEMPATA
Read More‘ID-DGĦJUFIJIET TAL-UNJONI EWROPEA RIŻULTAT TA’ ŻVILUPPI FI ĦDANHA’
Read MoreIX‑XENGEN FIL‑PERIKLU
Read MoreL‑INTERESSI TAL‑ĦADDIEMA : IL‑PRIJORITA’ TAS‑SOĊJALISTI EWROPEJ
Read MoreJIKBRU D‑DIVERĠENZI EKONOMIĊI BEJN IR‑REĠJUNI TAL‑UE
Read MoreJEŻISTU RISKJI POLITIĊI OĦRA FIŻ‑ŻONA EWRO
Read MoreTNAQQIS FIR‑RATA TAL‑QGĦAD F’LULJU GĦAŻ‑ŻONA EWRO
Read MoreL‑EWROPA INĊERTA DWAR L‑ISFIDI EKONOMIĊI U UMANITARJI
Read More€600 MILJUN BIEX TQARREB IL‑BALKANI LEJN L‑UE.
Read MoreX’INHU DAN? X’INHI DIN? – IS-SUQ KOMUNI
Read More
Post a comment