Il-miżuri l-ġodda tal-Unjoni Bankarja għandhom jindirizzaw ir-realtajiet tal-istati membri u m’għandhomx ikunu kollha tal-istess tip għal kulħadd; dawn il-miżuri m’għandhomx iservu biex jgħollu l-ispiża għas-servizz bankarju għax din toħloq diffikultajiet akbar għall-impriżi żgħar u medji. Dr Alfred Sant, li qal dan fil-Parlament Ewropew waqt id-dibattitu annwali dwar l-Unjoni Bankarja, qal li għandha tingħata attenzjoni lejn l-impatt tar-regoli l-ġodda introdotti bl-Unjoni Bankarja. L-akbar attenzjoni għandha tingħata lit-tibdil fl-ispejjeż tal-operat tal-banek u lil parametri ta’ kemm il-banek lesti li jsellfu, fid-dawl tan-nuqqas ta’ investiment li baqa’ jippersisti fl-Unjoni Ewropea f’dawn l-aħħar snin.
Dr Sant saħaq li jeħtieġ studju fil-fond dwar l-impatt li l-implimentazzjoni tal-Unjoni Bankarja qed ikollha b’mod ġenerali fuq il-kreditu tal-banek u b’mod partikolari fuq l-intrapriżi żgħar u medji. It-twettiq ta’ studju ta’ dan it-tip għandu jsir bl-għan li jnaqqas l-effetti negattivi. Huwa importanti, qal Dr Sant, li nkunu żguri li l-ħtiġijiet ta’ ċerti stati membri mhux jingħataw aktar importanza għad-detriment ta’ stati membri oħra.
Dr Sant qal li huwa importanti li nżommu d-direzzjoni li twassalna lejn l-Unjoni Bankarja. “Imma bl-istess mod huwa importanti wkoll li l-impatt tat-tibdiliet li l-Unjoni Bankarja ġġib magħha jkunu osservati b’mod effettiv. B’hekk il-miżuri korrettivi jittieħdu malajr u meta jkun hemm bżonn u mhux meta jkun tard wisq. Ma nistgħux nassumu li t-triq lejn l-Unjoni Bankarja se tkun ta’ benefiċċju għal kulħadd bl-istess mod. Għall-kuntrarju, jekk se narawhom bħala soluzzjonijiet ‘one-size-fits-all’, jiġifieri l-istess għal kulħadd, it-tibdiliet ma jindirizzawx b’mod effettiv ir-realtajiet ekonomiċi u finanzjari differenti tal-istati membri tal-UE.” temm jgħid Dr. Sant.
ATTAKK FUQ L-EWROPA
Read MoreIL-FTEHIM BEJN IT-TURKIJA U L-UE: KEMM SE JKUN EFFETTIV?
Read MoreJAGĦTU DAQQA T’ID LIL GREĊJA
Read MoreMA JIRRISPETTAWX L-OBBLIGI BAĠITARJI TAGĦHOM
Read MoreAKTAR FLESSIBILITA` DWAR IR-RATI TAL-VAT
Read MoreL-UNJONI BANKARJA GĦANDHA TINDIRIZZA IR-REALTAJIET TAL-ISTATI MEMBRI
Read MoreJIŻDIEDU L-IMPJIEGI FL-EWROPA
Read MoreMEĦTIEĠA SOLUZZJONIJIET ĠODDA GĦALL-GŻEJJER ŻGĦAR TAL-UE
Read MoreGĦAWDEX JIXRAQLU TRATTAMENT SPEĊJALI
Read More€200 MILJUN GĦALL-ERITREA
Read MoreX’INHU INTERGROUP?
Read MoreTRADIZZJONIJIET TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA
Read More
Post a comment