Fl-Ewropa x-xeni li jwassluna għall-ikbar festa tal-Knisja huma simili b’karatteristiċi differenti. F’Sevilja fi Spanja jsiru l-purċissjonijiet bir-Redentur b’xemgħat twal erba’ piedi.

F’Malta l-Ġimgħa mqaddsa hija kkaratterizzata minn purċissjonijiet bil-vari u bil-relikwija tas-salib, drammi tal-passjoni qalb il-miġemgħa fit-toroq Maltin, tiżjin fil-knejjes, is-seba’ viżti, l-adorazzjoni, il-kuluri abjad u vjola, il-hot cross buns, il-kwareżimal, il-qagħqa tal-appostli, in-nuqqas ta’ laħam, it-talb, is-sawm u l-penitenza.

Tradizzjonalment il-Griegi Ortodossi jiċċelebraw l-Għid ġimgħa jew tnejn warajna għax il-kalendarju Ortodoss huwa kemm xejn differenti minn tagħna. Il-villaġġ Grieg ta’ Kardamyli, qrib il-baħar, jieħu ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira bis-serjeta` ħafna. Fil-ġurnata tal-Ġimgħa l-Kbira l-qassis joħroġ bil-purċissjoni biex ibierek kull dar. Is-Sibt imbagħad, mat-tokki ta’ nofs il-lejl, in-nies tal-belt jinġabru fil-pjazza bix-xemgħat. Il-qassis joħroġ mill-knisja u bix-xemgħa mixgħula tiegħu jixgħel ix-xemgħat tan-nies miġbura. Kulħadd imur id-dar bix-xemgħa mixgħula hekk kif il-villaġġ kollu jinxtegħel bix-xemgħat u bil-logħob tan-nar.

Fil-ġranet solenni ta’ qabel l-Għid, f’Ruma l-istatwi u l-kurċifissi jitgħattew kollha bi drapp iswed jew vjola u jibqgħu mgħottija sa Ħadd il-Għid. Fil-Ġimgħa l-Kbira t-tradizzjoni tgħid li ma għandhiex tkun iċċelebrata l-quddiesa minħabba li hija ġurnata ta’ luttu kbir. Minflok, fil-Bażilika ta’ San Pietru, għal ħabta tal-5pm, il-Papa jiċċelebra l-liturġija tal-passjoni ta’ Kristu. Ddum madwar sagħtejn u nofs fejn id-devoti preżenti huma mistiedna jbusu saqajn il-kurċifiss. Iżda l-qofol ta’ kollox jintlaħaq aktar tard filgħaxija bil-‘Via Crucis’, purċissjoni mmexxija mill-Papa mill-Pjazza tal-Kolosseum sal-Fori Romani. B’kollox isiru erbatax-il stazzjon u kull stazzjon jissimbolizza parti mill-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Ġesu` Kristu. Qalb il-ġabra tal-għexieren tal-eluf ta’ nies preżenti, f’atmosfera speċjali u mill-aktar solenni, il-Papa jagħlaq billi jindirizza lil dawk preżenti u jberikhom.

ATTAKK FUQ L-EWROPA

L-attakki terroristiċi fi Brussell ħasdu lil kulħadd, minkejja li kif stqarr il-Prim Ministru Belġjan il-forzi tas-sigurta` Belġjani kienu qed jistennewhom ...
Read More

IL-FTEHIM BEJN IT-TURKIJA U L-UE: KEMM SE JKUN EFFETTIV?

L-UE se tibda tibgħat lura lit-Turkija l-immigranti li jaslu fuq ix-xtut tagħha. Għal kull immigrant li jintbagħat lura, se tieħu ...
Read More

JAGĦTU DAQQA T’ID LIL GREĊJA

13-il stat membru tal-UE flimkien man-Norveġja qed joffru l-għajnuna u l-assistenza tagħhom lil Greċja, li bħalissa hija mifnija bil-problemi tal-immigranti ...
Read More

MA JIRRISPETTAWX L-OBBLIGI BAĠITARJI TAGĦHOM

Il-Kummissjoni Ewropea esprimiet it-tħassib tagħha għaliex Spanja, il-Belġju, il-Kroazja, il-Finlandja, l-Italja u r-Rumanija mhumiex jirrispettaw l-obbligi baġitarji tagħhom. Il-Kummissjoni wissiet ...
Read More

AKTAR FLESSIBILITA` DWAR IR-RATI TAL-VAT

Il-Kunsill tal-Ewropa jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li tiżdied il-flessibilita` nazzjonali dwar rati mnaqqsa tal-VAT. Il-Kummissjoni qed tħejji pjan ta’ azzjoni dwar ...
Read More

L-UNJONI BANKARJA GĦANDHA TINDIRIZZA IR-REALTAJIET TAL-ISTATI MEMBRI

Il-miżuri l-ġodda tal-Unjoni Bankarja għandhom jindirizzaw ir-realtajiet tal-istati membri u m’għandhomx ikunu kollha tal-istess tip għal kulħadd; dawn il-miżuri m’għandhomx ...
Read More

JIŻDIEDU L-IMPJIEGI FL-EWROPA

Ir-rata ta’ nies fid-dinja tax-xogħol qed tiżdied, anki jekk b’mod kajman fl-Unjoni Ewropea. Ir-rata ta’ nies jaħdmu żdiedet b’medja ta’ ...
Read More

MEĦTIEĠA SOLUZZJONIJIET ĠODDA GĦALL-GŻEJJER ŻGĦAR TAL-UE

Membri Parlamentari Ewropej minn Sqallija, Sardinja, gżejjer Griegi, Ċipru u Malta qablu li l-Kummissjoni Ewropea għandu jkollha soluzzjonijiet ġodda għall-politika ...
Read More

GĦAWDEX JIXRAQLU TRATTAMENT SPEĊJALI

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tirrikonoxxi li gżejjer żgħar bħal Għawdex ma jaffettwawx is-suq ħieles u li r-regoli tal-għajnuna tal-istat u r-regoli ...
Read More

€200 MILJUN GĦALL-ERITREA

L-Eritrea mistennija tirċievi €200 miljun sas-sena 2020. Il-Parlament Ewropew qed jisħaq mal-Kummissjoni biex tassigura ruħha li l-ebda ċenteżmu minn dawn ...
Read More

X’INHU INTERGROUP?

Fil-Parlament Ewropew hemm 28 Intergroups. Dawn ġew approvati fil-11 ta’ Diċembru 2014 mill-Konferenza tal-Presidenti. L-Intergroups jistgħu jkunu ffurmati mill-Membri Parlamentari ...
Read More

TRADIZZJONIJIET  TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA

Fl-Ewropa x-xeni li jwassluna għall-ikbar festa tal-Knisja huma simili b’karatteristiċi differenti. F’Sevilja fi Spanja jsiru l-purċissjonijiet bir-Redentur b’xemgħat twal erba’ ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment