Madwar 4,000 ċittadin tal-UE siefer lejn is-Sirja u l-Iraq biex jissieħeb mal-Istat Iżlamiku. 30% reġgħu lura fir-residenza tagħhom f’pajjiż Ewropew. Rapport maħruġ miċ-Ċentru Internazzjonali ta’ Kontra t-Terroriżmu jgħid li ħafna minn dawn il-‘ġellieda barranin’ ġejjin minn erba’ pajjiżi – Belġju, Franza, Ġermanja u r-Renju Unit.
Bejn 420 u 516-il ‘ġellied barrani’ ġew mill-Belġju. Minnhom reġgħu lura l-Belġju bejn 55 u 130 persuna. Il-Belġju għandu l-ogħla rata ta’ ‘ġellieda barranin’ u n-numru qiegħed dejjem jiżdied. Skont dan ir-rapport, bejn Settembru tal-2014 u Settembru tal-2015, in-numru ta’ ‘ġellieda barranin’ irdoppja.
Ħafna minn dawk li jiġu radikalizzati ġejjin mill-ibliet u ħafna minnhom ikunu grupp ta’ ħbieb li jgħixu fl-istess inħawi. 17% tat-total huma nisa. L-esperti qed iwiddbu dwar it-theddida li dan il-fenomenu jista’ jġib miegħu fl-Ewropa u anki lil hinn minnha.
JIŻDIED IS-SENTIMENT KONTRA L-UE
Read MoreMINISTRU TAL-FINANZI GĦAŻ-ŻONA EWRO?
Read MoreJIŻDIEDU L-‘ĠELLIEDA BARRANIN’ FL-EWROPA
Read MoreALFRED SANT JISTAQSI LIEMA PAJJIŻI TAL-UE SE JIEĦDU IMMIGRANTI SIRJANI
Read MoreJIŻDIED ID-DEFIĊIT PUBBLIKU TA’ SPANJA
Read MoreIL-ĠERMANJA SE TONFOQ AKTAR GĦAR-REFUĠJATI
Read MoreL-UNJONI EWROPEA TIMPONI SANZJONIJIET KONTRA L-MEXXEJJA LIBJANI
Read MoreJONQOS IS-SENTIMENT POŻITTIV DWAR L-EKONOMIJA
Read MoreL-ISVIZZERA B’KUMMERĊ AKBAR MIR-RUSSJA MAL-UE
Read MoreL-UE B’DEFIĊIT KUMMERĊJALI MAL-INDJA
Read MorePRINĊEP RUMAN TA’ 52 SENA
Read More
Post a comment