Il-Parlament Ewropew ivvota favur li għal seba’ snin oħra tkompli tintuża kimika fl-Ewropa li waqt li toqtol il-ħaxix ħażin tista’ tikkawża l-kanċer, fost effetti negattivi oħra fuq il-bniedem. Il-vot għadda b’374 favur, 225 kontra u 102 astenzjoni. Dawk li vvotaw favur għamluh b’kompromess bejn li jkun projbit minnufih, li jwaqqfuh fi żmien 13-il sena jew f’7 snin.
Il-bdiewa kienu kollha kontra li dan il-bexx ikun projbit għax ma hemmx bexx effettiv biżżejjed minfloku u jargumentaw li l-provi dwar li hu karċinoġeniku mhumiex konvinċenti. Il-vot tal-Parlament Ewropew ma għandux saħħa legali għax issa huma l-pajjiżi membri li jridu jivvotaw favur jew kontra l-użu ta’ din il-kimika. Il-vot mistenni jħaffef ix-xogħol tal-Kummissjoni Ewropea li riedet li ġġeddet l-awtorizzazzjoni tal-kimika għal 15-il sena oħra.
Il-Parlament Ewropew qabel ukoll li l-kimika ma tintużax fejn il-playgrounds, il-parks u l-ġonna pubbliċi u biex ma tkunx sprejjata eżatt qabel il-ħsad tal-prodotti agrikoli.
L-għaqdiet agrikoli huma favur l-użu tal-kimika ‘glyphosate’. Din tintuża l-aktar fuq iċ-ċereali, id-dwieli, il-frott u ż-żebbuġ, għax mhux għolja fil-prezz u tagħti r-riżultati mixtieqa. Din il-kimika hija użata fid-dinja kollha u għalhekk it-tneħħija tagħha kienet tfisser vantaġġ għal pajjiżi terzi li jesportaw lejn l-UE.
Din il-kimika tista’ twettaq tibdil fil-bilanċ tal-ormoni tal-bniedem. Fix-xhur li ġejjin se jsiru aktar studji dwar l-effetti tal-‘glyphosate’.
WARA GADDAFI, ERDOGAN
Read MoreL-ISKANDLU TAL-PANAMA JŻID IL-PRESSJONI FUQ PAJJIŻI INDIVIDWALI
Read MoreIMMIGRAZZJONI: MEĦTIEĠ FTEHIM MAL-AFRIKA
Read MoreL-UE U T-TURKIJA MA JAFDAWX LIL XULXIN
Read MoreMAL-ĦAXIX ĦAŻIN TISTA’ TOQTOL LIL BNEDMIN
Read MoreL-ITALJA: PREVIŻJONIJIET REALISTIĊI U KAWTI
Read MoreVAT FUQ L-IKEL U S-SAĦĦA
Read MoreSUMMIT DWAR IL-FAQAR
Read MoreQALB IS-SIĠAR
Read MoreMalta u l-Unjoni Ewropea NL38
Read More
Post a comment