L-Italja għamlet previżjonijiet ekonomiċi realistiċi u kawti għat-tliet snin li ġejjin. It-tkabbir se jkun ta’ 1.2% tal-PGD fl-2016, 1.4% fl-2017 u 1.5% fl-2018. L-Italja reġgħet fit-triq tat-tkabbir fl-2015 wara tliet snin ta’ riċessjoni. Id-defiċit pubbliku mistenni li jkun 2.3% tal-PGD fl-2016 u 1.8% fl-2017. Id-dejn pubbliku Taljan, li huwa l-ogħla fil-pajjiżi taż-żona ewro wara l-Greċja, se jinżel minn 132.7% fl-2015 għal 132.4% fl-2016.
Peress li d-defiċit tal-Italja nieżel għal anqas minn 3% tal-PGD kif jisħqu r-regoli tal-UE, l-Italja qed tinnegozja biex ikollha aktar flessibilita`. B’hekk ikun aktar faċli għal dan il-pajjiż biex ikopri n-nefqa marbuta ma’ riformi, investimenti u l-influss tal-immigranti fuq it-territorju Taljan.
Il-Kummissjoni Ewropea mistennija tagħti r-riżultati tagħha dwar l-ekonomija u l-baġit Taljan fix-xahar ta’ Mejju.
WARA GADDAFI, ERDOGAN
Read MoreL-ISKANDLU TAL-PANAMA JŻID IL-PRESSJONI FUQ PAJJIŻI INDIVIDWALI
Read MoreIMMIGRAZZJONI: MEĦTIEĠ FTEHIM MAL-AFRIKA
Read MoreL-UE U T-TURKIJA MA JAFDAWX LIL XULXIN
Read MoreMAL-ĦAXIX ĦAŻIN TISTA’ TOQTOL LIL BNEDMIN
Read MoreL-ITALJA: PREVIŻJONIJIET REALISTIĊI U KAWTI
Read MoreVAT FUQ L-IKEL U S-SAĦĦA
Read MoreSUMMIT DWAR IL-FAQAR
Read MoreQALB IS-SIĠAR
Read MoreMalta u l-Unjoni Ewropea NL38
Read More
Post a comment