ArticlesIt-Torca

L-ingliżi se jitilqu?

Sa fl-aħħar id-diskussjonijiet bejn il-gvern Ingliż u l-Unjoni Ewropea dwar it-talba tal-gvern biex jibdel it-termini li taħthom qed titħaddem is-sħubija fl-Unjoni tar-Renju Unit jidher li ħadu r-rankatura. Matul il-ġimgħat l-Ewropej ilmentaw li għadhom jistennew eżattamant fhiex u b’liema mod il-gvern ta’ David Cameron ried jasal għall-bidliet li xtaq. Qalu bir-raġun, li ftit li xejn kienu

It-Torca

Kwistjoni ta’ taxxi

Ma tantx għamlet ħoss f’Malta imma d-deċizjoni li ħadet il-Kummissjoni Ewropea anqas minn ġimagħtejn ilu jista’ jkollha effett qawwi aktar ‘il quddiem fuq l-ekonomija Maltija. Il-Kummissjoni ddeċidiet li l-mod kif ġew intaxxati l-kumpaniji Starbucks u Fiat fil-Lussemburgu u fl-Olanda ma kienx xieraq. Bi qbil li għamlu mal-awtoritajiet tat-taxxa ta’ dawn il-pajjizi, il-kumpaniji kienu sabu kif

It-Torca

It-Turkija parti mill-Ewropa?

Fil-qagħda mħawda li ġabet magħha l-krizi tal-immigrazzjoni fl-Ewropa, f’daqqa waħda it-Turkija dehret li ħadet importanza ġdida għall-Unjoni Ewropea. Ir-raġuni ċara u goffa għal dan kienet li l-eluf tal-immigranti refuġjati resqin lejn l-Ewropa kienu ħerġin mit-Turkija, fejn daħlu mis-Sirja u mkejjen oħra ta’ gwerra fil-Lvant Nofshani u aktar ’il bogħod. Il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea ndunaw li

It-Torca

L-Ewropa tad-dubju u tat-tamiet

Għad mhu ċar sa fejn se twassal id-deċiżjoni tal-Unjoni Ewropea li tilqa’ r-refuġjati deħlin fl-aħħar xhur maħruba mil-Lvant Nofshani u tqassamhom — jew parti minnhom — fost il-pajjiżi membri. L-akbar ċaqliqa fil-politika Ewropea dwar l-immigrazzjoni tatha l-kanċellier Merkel meta f’daqqa waħda stqarret li pajjiżha se jkun lest jieħu tmien mitt elf refuġjat dis-sena, u forsi

ArticlesIt-Torca

Ewropej u Amerikani

In-negozjati li jinsabu għaddejja bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea għall-ħolqien ta’ zona komuni ta’ kummerċ u investimenti bejn iz-zewġ naħat, imsejħa TTIP, saru suġġett ta’ kontroversja politika kbira tul l-aħħar xhur. Kemm fl-Ewropa, kemm fl-Istati Uniti. In-negozjati jfittxu li bejn iż-żewġ kontinenti jkun hemm l-istess regoli ta’ tmexxija li jirregolaw il-kummerċ u l-investiment fl-aqwa

ArticlesIt-Torca

Il-Qagħda tal-Unjoni

Meta nhar l-Erbgħa l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker qam biex jindirizza l-Parlament Ewropew fi Strasburgu, suġġett wieħed kien f’moħħ kulħadd — l-immigrazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea. Kienet f’moħħ Juncker ukoll għax għalkemm id-diskors tiegħu kellu jkun dwar il-qagħda ġenerali tal-Unjoni, parti sostanzjali minnu kienet dwar l-immigrazzjoni. Kif mistenni, Juncker iddefenda bil-kbir l-argument li ilu javvanza: