Newsletter

LUKANDI STRAMBI FL‑EWROPA

Għal dawk li jħobbu xi ħaġa mhux tas-soltu u jħobbu s-safar, għal dawk li jħobbu lukandi oriġinali, l-Ewropa toffrilhom doża ta’ kreattivita` permezz ta’ lukandi differenti milli aħna mdorrijin naraw issoltu. Fl-Awstrija fid-Das Park Hotel wieħed jista’ jorqod f’lukanda li l-kmamar tagħha huma magħmula minn pajpijiet kbar. Din il-lukanda qegħda eżatt max-xmara Danubju. Trid tara

Newsletter

IL‑ĠEJJIENI TAL‑EWROPA JIDDEPENDI MILL‑MEDITERRAN

Serge Telle, wieħed mill-imħuħ li waqqfu l-Unjoni għall-Mediterran qal li ‘Il-futur tal-Ewropa huwa determinat ukoll minn dak li qed isseħħ fiż-żona tal-Mediterran.’ Hu kkritika l-Unjoni li f’dan ir-reġjun mhux qed tara aktar ’il bogħod minn imneħirha u mhux tiddibatti biżżejjed dwar id-diffikultajiet f’dan ir-reġjun. Dak li qed jiġri fil-Mediterran jaffettwa l-Ewropa kollha u peress li

Newsletter

KWART BISS TAL‑INTRAPRIŻI Ż‑ŻGĦAR JESPORTAW LEJN IS‑SWIEQ EWROPEJ

Il-Kummissjoni Ewropea rrappurtat li kwart biss tal-intrapriżi żgħar u medji fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea esportaw lejn is-swieq ewropej f’dawn l-aħħar snin, għalkemm 13% minnhom esportaw fi swieq barra l-Unjoni. Din is-sitwazzjoni hija r-riżultat ta’ diffikultajiet amministrattivi li bejn 70-90% tal-intraprendituri jilmentaw dwarhom. Il-Kummissjoni Ewropea tat tagħrif lill-Kumitat tal-Industrija dwar il-passi li qed tieħu fuq livell Ewropew

Newsletter

JINTREMEW 8 BILJUN BASKET TAL‑PLASTIK

Fl-2010 kull ċittadin fl-Unjoni uża 198 basket tal-plastik. 90% minnhom kienu magħmula minn plastik irqiq li huwa maħsub li jniġġeż ħafna. Dan għaliex jitqatta’ malajr u jsir skart mill-ewwel. Huwa stmat li iktar minn 8 biljun basket tal-plastik jintrema fil-pajjiżi tal-Unjoni f’sena waħda biss. 94% tal-għasafar li jgħixu fil-Baħar Atlantiku instabilhom plastik ġo żaqqhom. Aktar

Newsletter

MHUX IŻ‑ŻMIEN LI TOGĦLA L‑ISPIŻA TAS‑SELF

Alfred Sant wissa li mhux iż-żmien li l-ispiża tas-self togħla jew li l-banek jibżgħu milli jieħdu r-riskji tas-self. L-EwroParlamentari Malti sostna li fil-bidliet li jinsabu għaddejja biex tiddaħħal l-Unjoni Bankarja fl-Ewropa, jeħtieġ tingħata attenzjoni akbar għal kif dawn il-bidliet se jżidu fl-ispejjeż tal-banek u kif se jaffettwaw il-ħeġġa tal-banek biex isellfu lill-impriżi, speċjalment dawk żgħar.

Newsletter

KONTROLL FUQ L‑EMISSJONIJIET TAL‑VAPURI REĠISTRATI FL‑EWROPA

Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew laħqu ftehim biex l-Unjoni jkollha sistema li permezz tagħha żżomm rendikont tat-tniġġiż tal-vapuri. Dan sar biex jitnaqqas it-tniġġiż tal-vapuri li fil-preżent qed jipproduċi 4% tal-gassijiet li jagħmlu l-ħsara lid-dinja. Jekk dan il-ftehim jibqa’ kif inhu u jsir liġi, is-sidien ta’ vapuri li jiżnu iktar minn 5,000 tunnellata, mis-sena 2018 iridu jirrappurtaw