L-għeluq ta’ Cyprus Airways u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li l-għajnuna tal-istat li ngħatat kienet ‘illegali’ tibqa’ uġigħ ta’ ras għal Brussell, speċjalment wara li l-Membru Parlamentari Ewropew u ex Prim Ministru Malti Alfred Sant għamel sensiela ta’ mistoqsijiet parlamentari dwar l-għeluq sfurzat tal-linja nazzjonali tal-ajru Ċiprijotta. Il-mistoqsijiet kienu indirizzati lill-Kummissarju tal-Kompetizzjoni Margrethe Vestager. Dan kien żvelat mill-gazzetta Ċiprijotta The Liberal, l-iktar ġurnal influwenti ta’ kuljum bil-Grieg f’Ċipru.
Cyprus Airways waqfet topera fid-9 ta’ Jannar ta’ dis-sena wara deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li l-għajnuna li ngħatat kienet inkompatibbli mar-regoli tal-Għajnuna tal-Istat tal-UE.
Il-Ġurnal Ċiprijott irrapporta kif Dr Alfred Sant ikkritika bl-aħrax id-deċiżjoni ta’ Brussell li Cyprus Airways tagħlaq, u kkritika n-nuqqas ta’ rieda politika biex tkun sostnuta l-konnettivita`, speċjalment f’dawk ir-rotot ta’ pajjiżi gżejjer, li m’humiex daqshekk kompetittivi u li huma stati membri tal-UE.
The Liberal ikkwotat lil Dr Sant jgħid li s-soluzzjoni li qed tipproponi Brussell, dik ta’ ‘titjiriet sussidjati mill-istat’ fuq rotot li huma importanti ‘mhix realistika’ u hija soluzzjoni inkrepattiva li se tkompli tnaqqas il-flessibilita’ tal-istati gżejjer u ta’ destinazzjonijiet periferjali oħra li jeħtiġilhom isostnu u jippromwovu t-turiżmu. Għal darb’oħra, qal Dr. Sant, qed jintwera li l-politika tal-Unjoni Ewropea mhix effettiva meta jkunu implimentati r-regoli tal-għajnuna tal-istat bl-għama.’

CYPRUS AIRWAYS UĠIGĦ TA’ RAS GĦALL‑KUMMISSJONI EWROPEA
Read More

TIGGRAVA L‑KRIŻI TAL‑IMMIGRAZZJONI FIL‑MEDITERRAN U FIL‑BALKANI
Read More

IR‑RIŻENJA TA’ TSIPRAS MA TTIĦDITX B’SORPRIŻA
Read More

‘M’HEMMX UNJONI EWROPEA, BLA RENJU UNIT’
Read More

L‑UNGERIJA TIPPROVA TEVADI T‑TRATTAT TA’ DUBLIN
Read More

F’LULJU BAQGĦET STABBLI R‑RATA TA’ INFLAZZJONI FIŻ‑ŻONA EWRO ‑ B’0.2%
Read More

MA JISTGĦUX JISTADU GĦAT‑TONN
Read More

STRESS TESTS GĦALL‑BANEK EWROPEJ
Read More

L‑UNJONI EKONOMIKA U MONETARJA (EMU)
Read More

JHEDDU LI JWAQQFU S-SUSSIDJU LILL-EURONEWS
Read More
Post a comment