Il-Parlament Ewropew approva ‘Ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni għal 2014’ ippreżentat mir-rapporteur Ġermaniż u MPE Langen. Ir-rapport kien jinkludi numru ta’ emendi rilevanti għal Malta u li ġew inklużi fit-test finali mill-Membru Parlamentari Malti Alfred Sant. Dr Sant kien ‘Shadow Rapporteur’ għar-rapport għan-nom tal-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi. Ir-rapport għadda b’500 vot favur, 137 kontra u 73 astensjoni.

L-emendi ta’ Dr Sant fir-rapport finali jinkludu għajta favur aktar konverġenza u koeżjoni soċjali u ekonomika fi ħdan l-Unjoni Ewropea b’referenza speċjali għal reġjuni insulari; marġini aktar wiesa’ fl-għotja tal-għajnuna tal-istat fil-qasam tat-trasport f’żoni insulari; trattament speċjali għall-istati gżejjer f’dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna tal-istat; għajnuna tal-istat biex ikunu mħarsa servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali tal-UE; aktar attenzjoni lejn id-drittijiet tal-konsumatur bl-implimentazzjoni tal-politika tal-kompetizzjoni tal-UE; l-aspett globali tar-regoli tal-kompetizzjoni li jenfasizzaw li l-Kummissjoni trid tikkunsidra l-impatt li l-politika tagħha qed ikollha fuq imprendituri Ewropej vis-à-vis imprendituri internazzjonali.

Fl-indirizz tiegħu lill-Parlament Ewropew Dr. Sant qal li r-regoli tal-għajnuna tal-istat tal-UE qed ikunu applikati f’żoni iżolati u dawk fil-periferija tal-Ewropa bl-istess mod kif qed ikunu applikati fil-pajjiżi ċentrali Ewropej li huma mogħnija b’ħafna aktar riżorsi. Dan l-aġir ma jistax ikun ġustifikat bl-argument li l-fondi strutturali u l-fondi ta’ koeżjoni qed jagħmlu tajjeb għall-iżvantaġġi li jġarrbu dawn l-inħawi għax mhux hekk qed jiġri. L-infrastruttura fl-oqsma tal-komunikazzjoni, l-għajnuna lill-intrapriżi żgħar u medji, l-enerġija, il-protezzjoni ta’ attivitajiet tradizzjonali ċkejkna fil-gżejjer żgħar bħal Malta u Għawdex ma jħallux effett fil-kuntest tas-suq kontinentali wieħed. Li tapplika l-istess trattament kemm għal dawn ir-reġjuni u kemm għal reġjuni fiċ-ċentru tal-Ewropa, qed iwassal biex jiżdiedu d-differenzi strutturali li diġa` jeżistu bejn iċ-ċentru u l-periferija tal-Unjoni Ewropea.

Dr Sant qal li r-rapport dwar il-kompetizzjoni jqajjem ċertu tħassib dwar l-iskop, il-poter u l-metodu tad-Direttur Ġenerali tal-Kompetizzjoni. ‘Il-firxa tiegħu hija waħda mill-aktar għodda potenti fil-qasam eżekuttiv tal-Kummissjoni Ewropea, u anki tal-Unjoni Ewropea. Id-Direttur-Ġenerali tal-Kompetizzjoni għandu l-poter li jfassal u jbiddel ir-regoli tas-suq fi ħdan l-Unjoni. Dawn jaffettwaw firxa wiesa’ ta’ kwistjonijiet ekonomiċi u finanzjarji. Jista’- u filfatt hekk jagħmel – jagħti ordnijiet lill-gvernijiet, korporazzjonijiet żgħar u kbar, rigward deċiżjonijiet li ħadu jew li jeħtieġ li jieħdu.

Segwi d-diskors ta’ Dr Sant fuq din il-link:

https://www.youtube.com/watch?v=WU4oZ-CuExo

Malta u l-Unjoni Ewropea NL32

Din hija ittra elettronika maħruġa mill-uffiċċju tal-Membru Parlamentari Ewropew Dr Alfred Sant. L-ittra elettronika tasal bl-email lil dawk li rreġistraw ...
Read More

L-IMMIGRAZZJONI : PRIJORITÀ TAL-PRESIDENZA OLANDIŻA

L-Olanda għandha l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea minn Jannar sat-30 ta’ Ġunju ta’ din is-sena. Il-Presidenza Olandiża se tiffoka fuq erba’ ...
Read More

IL-KOEŻJONI POLITIKA BŻONNJUŻA GĦALL-ISFIDA TAL-IMMIGRAZZJONI

Il-prijorita` tal-Presidenza Olandiża tal-Unjoni Ewropea għandha tkun dik li tippromwovi l-koeżjoni politika fost l-istati membri tal-Unjoni, l-aktar dwar l-immigrazzjoni. Dr ...
Read More

ĦAMES PAJJIŻI JESTENDU L-KONTROLLI FUQ IL-FRUNTIERI TAX-‘SCHENGEN’

Ħames pajjiżi tal-UE, flimkien man-Norveġja, qed iżidu l-kontrolli fuq il-fruntieri tax-‘Schengen’ fid-dawl tal-aħħar żviluppi dwar l-influss tal-immigrazzjoni u t-theddida tat-terroriżmu ...
Read More

EFFETTI NEGATTIVI BIL-KONTROLLI TAL-FRUNTIERI

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker jemmen li l-prijorita` tal-Ewropa hija t-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tax-xogħol, minkejja l-kriżi tal-immigrazzjoni u ...
Read More

L-ITALJA : ‘MNEJN ĠEJJIN €3 BILJUN GĦAT-TURKIJA?’

L-Italja hija l-uniku pajjiż li mhux taqbel mal-mod kif se jinġabru t-€3 biljun ewro għat-Turkija u qed tisħaq li dawn ...
Read More

PJAN TA’ AZZJONI KONTRA T-TERRORIŻMU

Il-Kummissjoni Ewropea mistennija tippreżenta pjan ta’ azzjoni kontra t-terroriżmu fit-2 ta’ Frar. Is-sena 2016 se tkun iddedikata għall-ġlieda kontra l-finanzjament ...
Read More

GŻEJJER ŻGĦAR DIFFERENTI MILL-PAJJIŻI ĊENTRALI TAL-EWROPA

Il-Parlament Ewropew approva ‘Ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni għal 2014’ ippreżentat mir-rapporteur Ġermaniż u MPE Langen. Ir-rapport kien jinkludi numru ...
Read More

JIŻDIEDU L-INUGWALJANZI SOĊJALI

Il-ħolqien tax-xogħol u l-qagħda soċjali sejrin għall-agħar fl-Ewropa. Minkejja ftit sinjali pożittivi, l-effetti tal-kriżi għadhom jinħassu filwaqt li d-diverġenzi bejn ...
Read More

MEĦTIEĠA ANALIŻI STRATEĠIKA TAL-PROĠETT EWROPEW

Il-Kap tad-delegazzjoni Maltija Laburista fil-Parlament Ewropew qal fi Strasburgu li wasal iż-żmien li ssir analiżi strateġika tal-proġett Ewropew. ‘Hemm bżonn ...
Read More

TIŻDIED L-INFLAZZJONI FIŻ-ŻONA EWRO

Fiż-żona ewro l-inflazzjoni kienet ta’ 0.2% f’Diċembru 2015, 0.1% aktar mix-xahar ta’ qabel. F’Diċembru 12-il pajjiż kellhom diflazzjoni: Bulgarija (-0.9%), ...
Read More

TRID TINBIDEL IL-POLITIKA TAS-SAJD

Matul is-sessjoni plenarja ta’ dan ix-xahar, il-Membri Parlamentari Ewropej għaddew emenda mressqa mill-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi. Din l-emenda titlob biex ...
Read More

L-OBESITA’: PRIJORITA’ TAL-PRESIDENZA MALTIJA

Is-Segretarju Parlamentari Chris Fearne qal li l-obesita` se tkun waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea bħal ...
Read More

ĊIFRI DWAR BRUSSELL

Brussell dan l-aħħar kienet fl-aħbarijiet minħabba l-biża' ta' attentat terroristiku. Iżda Brussell mhix biss ċentru politiku u l-belt kapitali tal-Belgju.  ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment