Il-Kap tad-delegazzjoni Maltija Laburista fil-Parlament Ewropew qal fi Strasburgu li wasal iż-żmien li ssir analiżi strateġika tal-proġett Ewropew. ‘Hemm bżonn ta’ riflessjoni strateġika dwar disinn ġdid ta’ politika li tgħaqqad l-Ewropa; politika dwar l-immigrazzjoni; l-effetti tal-globalizzazzjoni, it-taħlit bejn is-settur privat u dak pubbliku; u mhux inqas l-oqsma tal-ħolqien tax-xogħol.’
Dr Sant tkellem waqt id-dibattitu ‘Analiżi tal-Presidenza tal-Lussemburgu’ li ffokat fuq ir-rwol tal-Lussemburgu tal-presidenza Ewropea. Dr Sant qal li r-riżultati tal-elezzjonijiet nazzjonali ta’ dawn l-aħħar sitt xhur juru li l-popli Ewropej indunaw li hemm il-ħtieġa ta’ analiżi strateġika. Meta topera taħt pressjoni, kif għamlet l-Ewropa f’dawn l-aħħar xhur, m’hemmx żmien biex tagħmel analiżi strateġika. Imma s-sinjali juru li wasal iż-żmien għal analiżi ta’ dan it-tip.
Dr Sant qal li fit-tieni parti tal-2015, il-Presidenza tal-Lussemburgu u l-Kummissjoni Ewropea wrew determinazzjoni kbira biex joħorġu lill-Unjoni ’l barra mill-kriżijiet li nħolqu, waħda wara l-oħra. Imma mill-kriżi tal-Greċja għal dik tar-refuġjati, kollox seħħ taħt pressjoni. L-avvenimenti bdew jikkmandaw u mhux l-UE. Sfortunatament l-avvenimenti li seħħew forsi qed juru li s-suppożizzjonijiet u l-mudelli li nimxu fuqhom, ma għadhomx jaqblu mar-realtajiet tal-lum. Jirreferu għal realtajiet ekonomiċi u soċjali tal-passat, qal Dr Sant.
Fid-dibattitu ħadu sehem ukoll il-Prim Ministru tal-Lussemburgu Xavier Bettel, il-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker u l-President tal-Parlament Ewropew Martin Schultz. Il-kwistjonijiet ewlenin tal-presidenza tal-Lussemburgu kienu l-kriżi tal-immigrazzjoni, il-falliment tas-servizzi tal-ispjunaġġ tal-UE biex jikkooperaw ħalli jingħeleb it-terroriżmu u l-evażjoni tat-taxxa.
Tista’ ssegwi d-diskors ta’ Dr Sant fuq din il-link:
https://www.youtube.com/watch?v=bxTKg9lP82Y
Malta u l-Unjoni Ewropea NL32
Read More
L-IMMIGRAZZJONI : PRIJORITÀ TAL-PRESIDENZA OLANDIŻA
Read More
IL-KOEŻJONI POLITIKA BŻONNJUŻA GĦALL-ISFIDA TAL-IMMIGRAZZJONI
Read More
ĦAMES PAJJIŻI JESTENDU L-KONTROLLI FUQ IL-FRUNTIERI TAX-‘SCHENGEN’
Read More
EFFETTI NEGATTIVI BIL-KONTROLLI TAL-FRUNTIERI
Read More
L-ITALJA : ‘MNEJN ĠEJJIN €3 BILJUN GĦAT-TURKIJA?’
Read More
PJAN TA’ AZZJONI KONTRA T-TERRORIŻMU
Read More
GŻEJJER ŻGĦAR DIFFERENTI MILL-PAJJIŻI ĊENTRALI TAL-EWROPA
Read More
JIŻDIEDU L-INUGWALJANZI SOĊJALI
Read More
MEĦTIEĠA ANALIŻI STRATEĠIKA TAL-PROĠETT EWROPEW
Read More
TIŻDIED L-INFLAZZJONI FIŻ-ŻONA EWRO
Read More
TRID TINBIDEL IL-POLITIKA TAS-SAJD
Read More
L-OBESITA’: PRIJORITA’ TAL-PRESIDENZA MALTIJA
Read More
ĊIFRI DWAR BRUSSELL
Read More
Post a comment