Il-Kummissjoni Ewropea mistennija tippreżenta pjan ta’ azzjoni kontra t-terroriżmu fit-2 ta’ Frar. Is-sena 2016 se tkun iddedikata għall-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu. Minħabba l-pressjoni li għamlet Franza, il-Kummissjoni għaqqdet grupp ta’ ħidma biex jitħejjew il-pjanijiet. Il-Kummissjoni mxiet fuq il-proposti ta’ Franza u ħadmet fuq diversi oqsma fosthom it-trasferimenti tal-flus kontanti, regoli aktar stretti dwar l-iffriżar tal-assi u aktar kooperazzjoni fost is-servizzi tal-ispjunaġġ finanzjarju.
Il-Kummissjoni qed tisħaq biex l-istati membri jaqsmu aktar informazzjoni ma’ xulxin u mal-Europol li issa għandha fergħa apposta kontra t-terroriżmu. Fl-2016 il-ħidma mistennija tiffoka l-aktar fuq l-assi tat-terroristi u kif jista’ jixxekkel il-metodu ta’ finanzjament tagħhom.
Sa issa 5, 000 ċittadin Ewropew siefru u ngħaqdu ma’ gruppi ġiħadisti. Jekk jerġgħu jidħlu lura fl-UE jaf ikunu ta’ theddida. Jeħtieġ li ssir ħidma li tipprevjeni r-radikalizzazzjoni bl-internet kif ukoll aktar sigurta` fuq il-fruntieri esterni tal-UE.
Malta u l-Unjoni Ewropea NL32
Read More
L-IMMIGRAZZJONI : PRIJORITÀ TAL-PRESIDENZA OLANDIŻA
Read More
IL-KOEŻJONI POLITIKA BŻONNJUŻA GĦALL-ISFIDA TAL-IMMIGRAZZJONI
Read More
ĦAMES PAJJIŻI JESTENDU L-KONTROLLI FUQ IL-FRUNTIERI TAX-‘SCHENGEN’
Read More
EFFETTI NEGATTIVI BIL-KONTROLLI TAL-FRUNTIERI
Read More
L-ITALJA : ‘MNEJN ĠEJJIN €3 BILJUN GĦAT-TURKIJA?’
Read More
PJAN TA’ AZZJONI KONTRA T-TERRORIŻMU
Read More
GŻEJJER ŻGĦAR DIFFERENTI MILL-PAJJIŻI ĊENTRALI TAL-EWROPA
Read More
JIŻDIEDU L-INUGWALJANZI SOĊJALI
Read More
MEĦTIEĠA ANALIŻI STRATEĠIKA TAL-PROĠETT EWROPEW
Read More
TIŻDIED L-INFLAZZJONI FIŻ-ŻONA EWRO
Read More
TRID TINBIDEL IL-POLITIKA TAS-SAJD
Read More
L-OBESITA’: PRIJORITA’ TAL-PRESIDENZA MALTIJA
Read More
ĊIFRI DWAR BRUSSELL
Read More
Post a comment