L-Alġerija trid tirrevedi ftehim li għandha mal-Unjoni Ewropea. Dan il-ftehim daħal fis-seħħ f’Settembru tal-2005. Il-Gvern Alġerin qed jgħid li l-ftehim eżistenti ma evolviex b’mod ugwali għaż-żewġ partijiet. Permezz ta’ rapport maħruġ lil mezzi tax-xandir, il-Prim Ministru Alġerin flimkien mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tiegħu saħaq li hemm bżonn li jsir eżami tal-ftehim, speċjalment fil-kapitlu dwar l-ekonomija u l-finanzi. Dan għaliex, l-importazzjoni mill-UE lejn l-Alġerija rduppjat filwaqt li fl-Alġerija ma żdidux l-investimenti Ewropej kif kien mistenni. Ir-rapport jgħid li l-eżami jrid isir flimkien mal-Unjoni Ewropea u skont l-arranġamenti mitluba mill-ftehim. Il-Gvern Alġerin qal li għamel talba uffiċċjali lil rappreżentanta tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini meta żaret il-pajjiż dan l-aħħar. Skont l-Alġerija, l-UE qed taqbel ma’ din il-proposta u għalhekk mistenni li jinfetħu d-diskussjonijiet.
IL-PAJJIŻI AFRIKANI MA JRIDUX IMMIGRANTI F’PAJJIŻHOM
Read More
IT-TURKIJA MHUX IMPRESSJONATA BIL-PROPOSTI EWROPEJ DWAR L-IMMIGRAZZJONI
Read More
ĊITTADINI EWROPEJ IRIDU JAGĦTU PROVA LI HUMA IMMIGRANTI LEGALI
Read More
JIPPERSISTU D-DIVERĠENZI BEJN IR-REĠJUNI
Read More
‘L-UE M’GĦANDHIEX TAPPLIKA BIL-GĦAMA REGOLI TA’ ‘ONE-SIZE FITS ALL’ FIL-QASAM TAL-KOMPETIZZJONI’
Read More
JISTGĦU JINTILFU 7 MILJUN TURIST
Read More
DAWK BI DĦUL BAXX L-AKTAR LI JBATU MINN MARD IKKAWŻAT MILL-ĦXUNA
Read More
IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW TAĦT PRESSJONI MINĦABBA L-INFLAZZJONI
Read More
SPANJA U L-KUMMISSJONI MA JAQBLUX DWAR ID-DEFIĊIT
Read More
IL-ĠID TAL-FAMILJI ĠERMANIŻI
Read More
TILWIM FUQ IŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA
Read More
Il-GRUPP TAS-SOĊJALISTI U DEMOKRATIĊI – S&D
Read More
VINO VERITAS
Read More
Post a comment