Sabiex stat membru jipproteġi l-finanzi tiegħu, qabel ma jagħti l-benefiċċji soċjali lil ċittadini li ġejjin minn stati membri oħra, jista’ jivverifika l-leġittimita` tar-residenza tagħhom fuq it-territorju tiegħu.

Din kienet il-konklużjoni li ppreżentat il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. Din is-sentenza ngħatat fit-tilwima bejn ir-Renju Unit u l-Kummissjoni Ewropea dwar xi aspetti legali fis-sistema tas-sigurta` soċjali. L-aspett legali diskuss f’dan il-kas kien id-dritt taċ-ċittadini b’passaport Ewropew li jitolbu l-benefiċċji tas-sigurta` soċjali fi stat membru ieħor.

Il-Kummissjoni Ewropea tellgħet lir-Renju Unit il-qorti għax skont il-liġi Brittannika, l-awtoritajiet jivverifikaw li ċittadini li qed japplikaw għall-benefiċċji soċjali huma residenti legali tar-Renju Unit qabel ma jingħatawlhom il-benefiċċji. Il-Kummissjoni qed tgħid li din il-proċedura ma taqbilx mal-liġijiet Ewropej. Il-Kummissjoni bbażat l-argument tagħha fuq ir-regolament li jiggarantixxi li s-sistemi nazzjonali tal-‘welfare state’ ma jiddiskriminawx liċ-ċittadini ewropej li jużaw id-dritt tagħhom li jiċċirkolaw u jgħixu f’pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea

L-Avukat Ġenerali rrakkomanda li ma jaċċettax it-talba tal-Kummissjoni għax qal li l-leġiżlazzjoni Brittannika ma tinponix aktar kundizzjonijiet minn dawk li titlob lir-residenti nattivi tagħha. Ir-Renju Unit jitlob l-eżaminazzjoni għall-aċċess ta’ xi tip ta’ sigurta` soċjali u l-legalita` tar-residenza tal-persuna. Dan kollu jsir fid-dawl tal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Dan jimplika diskriminazzjoni indiretta bejn residenti Brittanniċi u residenti ta’ stati membri oħra li joqogħdu fir-Renju Unit, billi tkun imposta verifikazzjoni fuq dawn tal-aħħar, qabel ma jingħataw il-benefiċċji soċjali. L-Avukat Ġenerali qal li din id-diskriminazzjoni hija ġustifikata mill-ħtieġa li l-istat membru jipproteġi l-finanzi tiegħu billi jiżgura li ma jħallasx il-benefiċċji lil nies li ma jaqblux mar-rikwiżiti ta’ residenza legali msejħa mid-direttiva tal-UE. Hu qal li r-Renju Unit tidher li qed tagħmel kontrolli tajbin f’dan kollu.

Il-Gvern Ingliż apprezza dan il-punt legali li jaqbel mal-ħsieb tiegħu jiġifieri li pajjiżu jagħti l-benefiċċji soċjali lil dawk l-immigranti Ewropej li għandhom id-dritt li jkunu fir-Renju Unit.

Il-Kummissjoni Ewropea diġa` għamlitha ċara li aktar tard din is-sena se tipproponi pakkett ta’ leġiżlazzjonijiet dwar il-mobbilta` tal-ħaddiema, li se jkollha proposti biex tbiddel ir-regoli tal-UE fuq il-koordinament tas-sistemi tas-sigurta` soċjali.

 

IL-PAJJIŻI AFRIKANI MA JRIDUX IMMIGRANTI F’PAJJIŻHOM

Tliet ġimgħat biss qabel il-konferenza li se ssir il-Belt Valletta dwar il-kriżi tal-immigrazzjoni, diġa` qed joħorġu xi punti ta’ tilwim ...
Read More

IT-TURKIJA MHUX IMPRESSJONATA BIL-PROPOSTI EWROPEJ DWAR L-IMMIGRAZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ta’ azzjoni li ppreżentat lill-President Tork Erdogan dwar l-immigrazzjoni. Dan il-pjan jinkludi sensiela ta’ inizjattivi, bl-UE ...
Read More

ĊITTADINI EWROPEJ IRIDU JAGĦTU PROVA LI HUMA IMMIGRANTI LEGALI

Sabiex stat membru jipproteġi l-finanzi tiegħu, qabel ma jagħti l-benefiċċji soċjali lil ċittadini li ġejjin minn stati membri oħra, jista’ ...
Read More

JIPPERSISTU D-DIVERĠENZI BEJN IR-REĠJUNI

Id-differenzi soċjo-ekonomiċi u demografiċi bejn in-Nord u s-Sud tal-Unjoni Ewropea għadhom b’saħħtihom. Dan ħareġ minn studju ppubblikat mill-Eurostat u li ...
Read More

‘L-UE M’GĦANDHIEX TAPPLIKA BIL-GĦAMA REGOLI TA’ ‘ONE-SIZE FITS ALL’ FIL-QASAM TAL-KOMPETIZZJONI’

Fit-tmexxija tal-politika tal-kompetizzjoni l-Unjoni Ewropea m’għandhiex tapplika bil-għama regoli ta’ ‘one size fits all’ għax dan ikun ta’ detriment għall-pajjiżi ...
Read More

JISTGĦU JINTILFU 7 MILJUN TURIST

Proposta biex issir reviżjoni tax-xengen visa bħala miżura li tagħti spinta lis-settur turistiku ma ntlaqgħetx. Din il-proposta mhix qiegħda fuq ...
Read More

DAWK BI DĦUL BAXX L-AKTAR LI JBATU MINN MARD IKKAWŻAT MILL-ĦXUNA

Dawk is-saffi tal-popolazzjoni li għandhom dħul baxx huma l-aktar li jbatu mill-obesita` u huma l-aktar li jsofru minn mard ikkawżat ...
Read More

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW TAĦT PRESSJONI MINĦABBA L-INFLAZZJONI

F’Settembru l-Ewropa reġa’ kellha inflazzjoni negattiva ta’ -0.1%. L-inflazzjoni għal Awwissu kienet ta’ 0.1%. Jiġifieri f’Settembru fl-Unjoni Ewropea il-prezzijiet naqsu ...
Read More

SPANJA U L-KUMMISSJONI MA JAQBLUX DWAR ID-DEFIĊIT

Spanja ċerta li din is-sena se jkollha defiċit ta’ 4.2% fil-waqt li l-Kummissjoni temmen li Spanja se jkollha defiċit akbar ...
Read More

IL-ĠID TAL-FAMILJI ĠERMANIŻI

Il-ġid tal-familji Ġermaniżi qed jonqos. Minkejja li l-ekonomija Ġermaniża sejra tajjeb, jidher li l-Ġermaniżi mhux qed jibbenefikaw direttament minn dan ...
Read More

TILWIM FUQ IŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA

Iż-żieda fl-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa Tuneżin mingħajr dazju fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea se jaffettwa ħażin lis-settur Ewropew fejn il-produtturi taż-żejt taż-żebbuġa qed ...
Read More

Il-GRUPP TAS-SOĊJALISTI U DEMOKRATIĊI – S&D

Il-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi huwa wieħed mill-gruppi politici fi ħdan il-Parlament Ewropew. Is-Socjalisti u Demokratici għandhom 191 membru u huwa ...
Read More

VINO VERITAS

Figuri li ppubblikat il-Kummissjoni Ewropa juru li l-ġabra tal-għeneb fl-Italja se taqbeż lil dik ta’ Franza. L-Italja se ssir l-ikbar ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment