Fit-tmexxija tal-politika tal-kompetizzjoni l-Unjoni Ewropea m’għandhiex tapplika bil-għama regoli ta’ ‘one size fits all’ għax dan ikun ta’ detriment għall-pajjiżi ż-żgħar fil-periferija tal-Unjoni Ewropea. Dr Alfred Sant, Shadow Rapporteur għas-Soċjalisti u d-Demokratiċi (S&D) qal dan fl-ewwel skambju ta’ ideat dwar ir-rapport annwali fuq il-kompetizzjoni fil-Kumitat Ekonomiku u Monetarju (ECON) tal-Parlament Ewropew. Dr. Sant saħaq li bħala rappreżentant ta’ stat ċkejken, l-analiżi li jagħmel hija li l-metodu li jintuża qed ikun wisq ta’ ‘one size fits all’. ‘Dan huwa ħażin. Mhux metodu tajjeb li kulħadd jiġi trattat bl-istess mod. Irridu nkunu konxji li metodu bħal dan ma jagħmilx distinzjoni bejn reġjuni u reġjuni oħra, bejn pajjiżi u pajjiżi oħra, u bejn sitwazzjonijiet ekonomiċi ta’ pajjiżi u reġjuni differenti.’

Dr. Sant semma x-xogħol li twettaq il-fergħa tal-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. ‘Jeżistu żewġ estremi ta’ kif jaħdmu l-affarijiet. ‘Fuq naħa hemm kif qed jiġu ttrattati ż-żoni fil-periferija, il-gżejjer, u ż-żoni maqtugħin miċ-ċentru. Nieħdu l-każ ta’ Cyprus Airways li kellha tagħlaq dan l-aħħar. Cyprus Airways u linji tal-ajru tat-trasport ta’ dan it-tip, li joperaw fuq reġjuni fil-periferija, bl-ebda mod ma jistgħu jaffettwaw il-kompetizzjoni fuq l-iskala l-kbira tal-Unjoni Ewropea. Għandhom frazzjoni żgħira wisq tas-suq, frazzjoni reġjonali. Mhux sew li r-regoli tal-istat jitħallew ifixklu l-interessi tal-pajjiżi ż-żgħar.’

Dr. Sant tkellem dwar id-diffikultajiet li joħolqu ħafna regolamenti li jispiċċaw iħarbtu t-tmexxija tan-negozji u anki lill-gvernijiet. ‘Irridu nkunu ċari. Ir-regoli huma importanti imma ħafna regolamenti jistgħu joħolqu problemi ta’ burokrazija, ta’ proċeduri, ta’ emendi u jistgħu joħolqu wisq investigazzjonijiet. Dan ixekkel in-negozju u l-ħolqien tal-impjiegi.

.

Segwi d-diskors ta’ Dr Sant fuq din il-link :

https://www.youtube.com/watch?v=GfoZ-mzfmI0

 

IL-PAJJIŻI AFRIKANI MA JRIDUX IMMIGRANTI F’PAJJIŻHOM

Tliet ġimgħat biss qabel il-konferenza li se ssir il-Belt Valletta dwar il-kriżi tal-immigrazzjoni, diġa` qed joħorġu xi punti ta’ tilwim ...
Read More

IT-TURKIJA MHUX IMPRESSJONATA BIL-PROPOSTI EWROPEJ DWAR L-IMMIGRAZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ta’ azzjoni li ppreżentat lill-President Tork Erdogan dwar l-immigrazzjoni. Dan il-pjan jinkludi sensiela ta’ inizjattivi, bl-UE ...
Read More

ĊITTADINI EWROPEJ IRIDU JAGĦTU PROVA LI HUMA IMMIGRANTI LEGALI

Sabiex stat membru jipproteġi l-finanzi tiegħu, qabel ma jagħti l-benefiċċji soċjali lil ċittadini li ġejjin minn stati membri oħra, jista’ ...
Read More

JIPPERSISTU D-DIVERĠENZI BEJN IR-REĠJUNI

Id-differenzi soċjo-ekonomiċi u demografiċi bejn in-Nord u s-Sud tal-Unjoni Ewropea għadhom b’saħħtihom. Dan ħareġ minn studju ppubblikat mill-Eurostat u li ...
Read More

‘L-UE M’GĦANDHIEX TAPPLIKA BIL-GĦAMA REGOLI TA’ ‘ONE-SIZE FITS ALL’ FIL-QASAM TAL-KOMPETIZZJONI’

Fit-tmexxija tal-politika tal-kompetizzjoni l-Unjoni Ewropea m’għandhiex tapplika bil-għama regoli ta’ ‘one size fits all’ għax dan ikun ta’ detriment għall-pajjiżi ...
Read More

JISTGĦU JINTILFU 7 MILJUN TURIST

Proposta biex issir reviżjoni tax-xengen visa bħala miżura li tagħti spinta lis-settur turistiku ma ntlaqgħetx. Din il-proposta mhix qiegħda fuq ...
Read More

DAWK BI DĦUL BAXX L-AKTAR LI JBATU MINN MARD IKKAWŻAT MILL-ĦXUNA

Dawk is-saffi tal-popolazzjoni li għandhom dħul baxx huma l-aktar li jbatu mill-obesita` u huma l-aktar li jsofru minn mard ikkawżat ...
Read More

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW TAĦT PRESSJONI MINĦABBA L-INFLAZZJONI

F’Settembru l-Ewropa reġa’ kellha inflazzjoni negattiva ta’ -0.1%. L-inflazzjoni għal Awwissu kienet ta’ 0.1%. Jiġifieri f’Settembru fl-Unjoni Ewropea il-prezzijiet naqsu ...
Read More

SPANJA U L-KUMMISSJONI MA JAQBLUX DWAR ID-DEFIĊIT

Spanja ċerta li din is-sena se jkollha defiċit ta’ 4.2% fil-waqt li l-Kummissjoni temmen li Spanja se jkollha defiċit akbar ...
Read More

IL-ĠID TAL-FAMILJI ĠERMANIŻI

Il-ġid tal-familji Ġermaniżi qed jonqos. Minkejja li l-ekonomija Ġermaniża sejra tajjeb, jidher li l-Ġermaniżi mhux qed jibbenefikaw direttament minn dan ...
Read More

TILWIM FUQ IŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA

Iż-żieda fl-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa Tuneżin mingħajr dazju fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea se jaffettwa ħażin lis-settur Ewropew fejn il-produtturi taż-żejt taż-żebbuġa qed ...
Read More

Il-GRUPP TAS-SOĊJALISTI U DEMOKRATIĊI – S&D

Il-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi huwa wieħed mill-gruppi politici fi ħdan il-Parlament Ewropew. Is-Socjalisti u Demokratici għandhom 191 membru u huwa ...
Read More

VINO VERITAS

Figuri li ppubblikat il-Kummissjoni Ewropa juru li l-ġabra tal-għeneb fl-Italja se taqbeż lil dik ta’ Franza. L-Italja se ssir l-ikbar ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment