Bil-mod kif qed tinbena l-Ewropa bħalissa u minħabba s-sistema ekonomika globalizzata li ngħixu fiha, l-Ewropa għandha bżonn servizzi finanzjarji b’saħħithom biex ikun żgurat li r-riżorsi disponibbli jintużaw b’mod effiċjenti. Dan qalu l-Ewroparlamentari Alfred Sant fil-Plenarja ta’ Strasburgu waqt id-dibattitu fuq żewġ rapporti dwar l-istrumenti finanzjarji.
“Hawnhekk qed nippjanaw metodi ġodda kif is-servizzi finanzjarji jsiru aktar adatti għal ħtiġijiet tal-lum u ta’ għada. Neħtieġu wkoll definizzjoni ta’ x’inhu l-aħjar aġir professjonali f’dan il-qasam, fejn l-aħjar metodi fis-servizzi finanzjarji jkollhom l-ogħla aġir etiku u soċjali. Fil-preżent għad ma għandniex din l-assigurazzjoni!”
Dr Sant saħaq li r-rapporti għad-diskussjoni huma mimlija regoli kumplessi li żviluppaw tul l-aħħar snin b’reazzjoni għall-ħtiġijiet tas-swieq finanzjarji fl-Ewropa u mkejjen oħra. Dawn għandhom jipprovdu opportunita` biex nirriflettu dwar is-settur tas-servizzi finanzjarji.
L-MEP Malti qal li fl-aħħar snin, speċjalment wara l-Luxleaks u l-iskandlu tal-Karti tal-Panana, ħafna qed jassoċċjaw is-servizzi finanzjarji mal-evażjoni tat-taxxa, ħasil ta’ flus u korruzzjoni. Qed jidhru mħaddma minn bankiera bla skrupli u nies fil-kontabilita` li huma leali għar-regħba u l-promozzjoni tat-tax havens. “Hemm ftit verita` f’dan kollu. Imma din hija ’l bogħod mill-verita` kollha.” qal Dr Sant.
Segwi l-intervent ta’ Dr Sant fuq din il-link:
https://www.youtube.com/watch?v=LuRKf_p2nWs
BIDU IMBARAZZANTI GĦAL UEFA 2016
Read MoreL-ORKESTRA EWROPEA TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ SE TIBQA’ DDOQQ
Read MoreTKOMPLI S-SAGA TAL-GLYPHOSATE
Read MoreL-EBDA SAJD TAL-MARLOZZ QRIB TAGĦNA
Read MoreJIŻDIEDU T-TAXXI FL-AJRUPORTI EWROPEJ
Read MoreL-EWROPA TEĦTIEĠ SERVIZZI FINANZJARJI B’SAĦĦITHOM
Read MoreFICO JŻOMM SOD DWAR L-IMMIGRAZZJONI
Read MoreGĦAJNUNA LIT-TUNEŻIJA U LIL-LIBJA
Read MoreL-ECON MAQTUGĦ MIR-REALTAJIET EKONOMIĊI TAL-BLIET U RĦULA EWROPEJ
Read MoreBIEX JAQSMU ANQAS IMMIGRANTI LEJN IL-MEDITERRAN
Read MoreMALTA, BĦAS-SUD TAL-EWROPA, INJORATA FIL-‘PJAN JUNCKER’
Read MoreL-IMMIGRAZZJONI U T-TERRORIŻMU WARA L-VOT TAL-BREXIT
Read MoreX’EFFETT IĦALLI BREXIT FUQ MALTA?
Read More
Post a comment