L-Unjoni Ewropea u l-Islanda ftiehmu li jilliberalizzaw aktar il-kummerċ tal-podotti tal-ikel u dawk agrikoli. Dan il-ftehim ifisser pass kbir lejn l-integrazzjoni tas-swieq għax bil-ftehim, 95% tal-prodotti agrikoli proċessati u prodotti agrikoli bażiċi se jkunu mingħajr dazju. Bħalissa 66.4% tal-prodotti agrikoli tal-UE jidħlu l-Islanda mingħajr dazju.
L-UE se tgawdi minn żjieda fil-kwoti ta’ prodotti mibjugħin lil Islanda, l-aktar ġobnijiet, ċanga, laħam tal-majjal u tiġieġ. Fl-istess waqt l-Islanda se jkollha aktar aċċess għas-swieq tal-UE biex tbigħ ġobon maħdum fil-pajjiż. L-Islanda tipproduċi ħalib meqjus bħala speċjalita` Islandiża u ġej mill-istess familja tal-jogurt imma qisu ġobon artab. Fuq perijodu ta’ 4 snin il-kwota ta’ 380 tunnellata ta’ dan il-ġobon se tiżdied għall-4,000 tunnellata.
Bil-ftehim il-ġdid, lista ta’ 1,150 prodott agrikolu protett fis-suq ewropew se jkollu l-istess protezzjoni fl-Islanda. Dan il-ftehim juri li ż-żewġ naħat huma lesti biex jiżviluppaw il-kummerċ ta’ prodotti ta’ kwalita`, li permezz tagħhom jibbenefikaw il-bdiewa u l-industriji tal-UE u tal-Islanda.
Il-kummerċ agrikolu u prodotti tal-ikel bejn l-Islanda u l-UE jilħaq medja ta’ €236 miljun ewro fis-sena. Il-ftehim mistenni jidħol fis-seħħ wara skrutinju mill-awtoritajiet konċernati tal-UE u tal-Islanda.
XEJN DIFFERENTI MIR-RETTORIKA TAS-SOLTU – MERKEL U HOLLANDE JINDIRIZZAW LILL-PARLAMENT EWROPEW
Read More
FAŻI ĠDIDA GĦAL ‘SOPHIA’
Read More
IT-TALBIET GĦALL-AŻIL JIŻDIEDU B’85%, L-AKTAR SIRJANI
Read More
LISTA TA’ PAJJIŻI LI JOFFRU SIGURTA` LIĊ-ĊITTADINI TAGĦHOM
Read More
AKTAR FONDI LILL-PAJJIŻI ĠIRIEN TAL-UE GĦALL-KRIŻI TAL-IMMIGRAZZJONI
Read More
L-UNJONI EWROPEA GĦANDHA TGĦIN LILL-ISTATI MEMBRI MILQUTIN DIRETTAMENT MILL-KRIŻI TAL-IMMIGRAZZJONI
Read More
IĊ-ĊENTRU XELLUG JERĠA’ JIRBAĦ L-ELEZZJONI FIL-PORTUGALL
Read More
L-INDUSTRIJI ŻGĦAR U MEDJI FL-ISTATI GŻEJJER TAL-UE JEĦTIEĠU L-INKORAĠĠIMENT
Read More
IR-RATA TAL-QGĦAD TIBQA’ 11% FIŻ-ŻONA EWRO
Read More
L-EKONOMIJA SPANJOLA FOST L-AKTAR DINAMIĊI FIŻ-ŻONA EWRO
Read More
L-ISLANDA TGAWDI MINN FTEHIM TA’ KUMMERĊ MAL-UE
Read More
TIKBER L-ISLAMOFOBIJA FIL-ĠERMANJA
Read More
TONQOS L-INFLAZZJONI FIŻ-ŻONA EWRO
Read More
Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Read More
GĦAL SIESTA WAQT IX-XOGĦOL
Read More
Post a comment