Qed jikber is-sentiment tal-poplu Ġermaniż kontra l-Islam. L-Islamofobija qed tiżdied fil-Ġermanja u l-ostilita` lejn l-immigranti diġa` kienet qed tikber minn qabel il-wasla tal-mewġa ta’ refuġjati Sirjani. Eluf ta’ nies qed juru dan permezz tad-dimostrazzjonijiet organizzati mill-għaqdiet li ma jridux li jinfirex l-Islam fil-Ġermanja.
Stħarriġ ippubblikat fil-bidu ta’ Ottubru u li sar fost il-popli ewropej mill-uffiċċju tal-istatistika tal-UE juri li 50% jaħsbu li d-diskriminazzjoni minħabba r-reliġjon hija komuni ħafna, 33% minn dawn jaħsbu li ma għandhomx jgħidu x’reliġjon iħaddnu meta jfittxu xogħol (kkomparat ma’ 12% fl-2012). Il-Musulmani huma l-aktar nies li mhux aċċettati għall-pubbliku inġenerali, b’61% jgħidu li jħossuhom komdi ma’ kollega Musulman fuq il-post tax-xogħol, u 43% biss m’humiex kontra li uliedhom ikollhom relazzjoni ma’ Musulman meta jikbru. Kummenti razzisti żdiedu ħafna fuq il-media soċjali f’dawn l-aħħar 5 snin.
700,000 immigrant se jaqsmu l-Mediterran biex jaslu fl-UE fl-2015, u numru simili jew akbar se jaslu fl-2016. Mill-bidu ta’ Jannar sa Awwissu ġew reġistrati 520, 957 persuna li waslu mill-Mediterran. Dawn jinkludu 387,520 fil-Greċja u 131,000 fl-Italja. Fl-istess perijodu mietu 2,800 persuna waqt li tul l-2014 kollu mietu 3,500 persuna.
XEJN DIFFERENTI MIR-RETTORIKA TAS-SOLTU – MERKEL U HOLLANDE JINDIRIZZAW LILL-PARLAMENT EWROPEW
Read More
FAŻI ĠDIDA GĦAL ‘SOPHIA’
Read More
IT-TALBIET GĦALL-AŻIL JIŻDIEDU B’85%, L-AKTAR SIRJANI
Read More
LISTA TA’ PAJJIŻI LI JOFFRU SIGURTA` LIĊ-ĊITTADINI TAGĦHOM
Read More
AKTAR FONDI LILL-PAJJIŻI ĠIRIEN TAL-UE GĦALL-KRIŻI TAL-IMMIGRAZZJONI
Read More
L-UNJONI EWROPEA GĦANDHA TGĦIN LILL-ISTATI MEMBRI MILQUTIN DIRETTAMENT MILL-KRIŻI TAL-IMMIGRAZZJONI
Read More
IĊ-ĊENTRU XELLUG JERĠA’ JIRBAĦ L-ELEZZJONI FIL-PORTUGALL
Read More
L-INDUSTRIJI ŻGĦAR U MEDJI FL-ISTATI GŻEJJER TAL-UE JEĦTIEĠU L-INKORAĠĠIMENT
Read More
IR-RATA TAL-QGĦAD TIBQA’ 11% FIŻ-ŻONA EWRO
Read More
L-EKONOMIJA SPANJOLA FOST L-AKTAR DINAMIĊI FIŻ-ŻONA EWRO
Read More
L-ISLANDA TGAWDI MINN FTEHIM TA’ KUMMERĊ MAL-UE
Read More
TIKBER L-ISLAMOFOBIJA FIL-ĠERMANJA
Read More
TONQOS L-INFLAZZJONI FIŻ-ŻONA EWRO
Read More
Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Read More
GĦAL SIESTA WAQT IX-XOGĦOL
Read More
Post a comment