Il-Prim Ministru Pedro Passos Coelho reġa’ rebaħ l-elezzjonijiet li saru fil-Portugall. Dan ir-riżultat juri li mexxejja ewropej li imponew riformi iebsa ħafna ta’ awsterita` biex jibqgħu fiż-żona ewro, xorta jistgħu jirbħu l-elezzjonijiet ġenerali ta’ pajjiżhom. Hekk ġara x-xahar li għadda fil-Greċja b’Alexis Tsipras u hekk ġara issa fil-Portugall b’Passos Coelho.
Il-Portugall kien diliġenti ħafna u qagħad għal miżuri kollha ta’ awsterita` li imponietlu l-Ġermanja talli ngħata pjan ta’ salvataġġ ta’ €78 biljun. Dan ir-riżultat jagħti tama lil gvernijiet oħra taċ-ċentru lemin li wkoll wettqu miżuri ta’ awsterita` u li se jaffaċċjaw elezzjoni fil-qrib – dawn jinkludu lil Mariano Rajoy ta’ Spanja f’Diċembru u Enda Kenny tal-Irlanda f’April.
Il-Koalizzjoni ta’ Passos Coelho (PàF) ġabet 38.6% tal-voti, iżda xorta ma kisbitx il-maġġoranza ta’ 116 siġġu minn 230 siġġijiet fil-parlament. Il-partit rebbieħ għandu problema biex jifforma gvern għax jeħtieġlu jidħol sħab ma’ partit ieħor. Dan ifisser li fiż-żmien li ġej il-Prim Ministru l-ġdid Portugiż jista’ jkun imxekkel fil-ħidma tiegħu. Il-Portugall jista’ jidħol fi żmien ta’ inċertezza politika waqt li l-gvern jipprova jwettaq il-programm tiegħu u jgħaddi l-baġit għas-sena d-dieħla mill-parlament.
Passos Coelho, ta’ 51 sena, ftit li xejn baqa’ popolari meta fl-2011 kellu jaċċetta l-pjan ta’ salvataġġ tal-istituzzjonijiet Ewropej. Imma fl-aħħar xhur, is-sagrifiċċji tal-poplu Portugiż bdew jagħtu l-frott. Il-Portugall ra tkabbir żgħir ta’ 1.5% tal-ekonomija tiegħu. Il-qgħad niżel b’5% wara li fl-2013 laħaq il-quċċata ta’ 17%. Id-defiċit għal din is-sena maħsub li se jinżel taħt it-3% u jkun skont ir-regoli tal-UE.
Wara erba’ snin fl-oppożizzjoni, l-Partit taċ-Ċentru Xellug ma rnexxilux jikseb il-fiduċja tal-poplu hekk kif l-ex-mexxej u ex-Prim Ministru Portugiż Jose Socrates qed jaffaċċja akkużi ta’ korruzzjoni, ħasil ta’ flus u frodi fit-taxxa. Il-Partit taċ-Ċentru Xellug, li tilef il-gvern fl-2011, ħalla lill-pajjiż fallut. Il-Partiti l-oħra tax-xellug estrem u tal-komunisti żiedu fil-voti u qed ibassru li fil-futur, iktar ma jiżbaljaw is-Soċjalisti, iktar se jiksbu voti huma.
In-nuqqas ta’ fiduċja fil-politiċi Portugiżi nħasset hekk kif 43% tal-poplu Portugiż ma ħariġx jivvota, l-iktar rata għolja ta’ astenzjonijiet fi 30 sena. L-elezzjonijiet Presidenzjali Portugiżi se jsiru f’Jannar tal-2016 imma s’issa ma hemm ħadd favurit għal kariga. Jekk il-gvern il-ġdid isib ruħu fid-diffikulta`, ma jistgħux isiru elezzjonijiet ġodda qabel Ġunju tal-2016. Dan għaliex skont il-kostituzzjoni Portugiża, President ġdid ma jistax isejjaħ elezzjoni jekk ma jkunx ilu 3 xhur fil-kariga. Wieħed jittama li Passos Coelho jirnexxilu jżomm il-gvern tiegħu imqar sa dak iż-żmien.
XEJN DIFFERENTI MIR-RETTORIKA TAS-SOLTU – MERKEL U HOLLANDE JINDIRIZZAW LILL-PARLAMENT EWROPEW
Read More
FAŻI ĠDIDA GĦAL ‘SOPHIA’
Read More
IT-TALBIET GĦALL-AŻIL JIŻDIEDU B’85%, L-AKTAR SIRJANI
Read More
LISTA TA’ PAJJIŻI LI JOFFRU SIGURTA` LIĊ-ĊITTADINI TAGĦHOM
Read More
AKTAR FONDI LILL-PAJJIŻI ĠIRIEN TAL-UE GĦALL-KRIŻI TAL-IMMIGRAZZJONI
Read More
L-UNJONI EWROPEA GĦANDHA TGĦIN LILL-ISTATI MEMBRI MILQUTIN DIRETTAMENT MILL-KRIŻI TAL-IMMIGRAZZJONI
Read More
IĊ-ĊENTRU XELLUG JERĠA’ JIRBAĦ L-ELEZZJONI FIL-PORTUGALL
Read More
L-INDUSTRIJI ŻGĦAR U MEDJI FL-ISTATI GŻEJJER TAL-UE JEĦTIEĠU L-INKORAĠĠIMENT
Read More
IR-RATA TAL-QGĦAD TIBQA’ 11% FIŻ-ŻONA EWRO
Read More
L-EKONOMIJA SPANJOLA FOST L-AKTAR DINAMIĊI FIŻ-ŻONA EWRO
Read More
L-ISLANDA TGAWDI MINN FTEHIM TA’ KUMMERĊ MAL-UE
Read More
TIKBER L-ISLAMOFOBIJA FIL-ĠERMANJA
Read More
TONQOS L-INFLAZZJONI FIŻ-ŻONA EWRO
Read More
Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Read More
GĦAL SIESTA WAQT IX-XOGĦOL
Read More
Post a comment