Il-Kanċilliera Ġermaniża Angela Merkel u l-President Franċiż François Hollande saħqu li l-Ewropa teħtieġ it-tmexxija Franċiża-Ġermaniża fl-interess tal-għaqda Ewropea, tkellmu dwar l-importanza ta’ għaqda politika fil-kontinent Ewropew, għaqda li tirrispetta l-valuri li fuqhom hija mibnija l-Unjoni Ewropea sabiex l-Ewropa tilqa’ għall-kriżijiet kemm fi ħdanha u kemm fil-pajjiżi ġirien tagħha. Merkel u Hollande indirizzaw il-Parlament Ewropew flimkien, 26 sena wara li l-predeċessuri tagħhom – Helmut Kohl u François Mitterrand ħadu inizjattiva simili qabel l-unifikazzjoni tal-Ġermanja u l-ħolqien tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja.

It-tnejn saħqu li hemm bżonn ta’ aktar Ewropa u biex il-pajjiżi ma jaġixxux fuq livell nazzjonali. Fi żmien ta’ kriżi l-biżgħa hija normali u jkun ħażin jekk nippruvaw insalvaw lilna nfusna biss. Hollande qal li s-soluzzjoni hija Ewropa b’saħħitha u kompla jgħid li hemm żewġ għażliet – jew li l-Ewropa tkompli tasserixxi ruħha jew li tispiċċa. It-tmiem tagħha jkun karatterizzat minn fruntieri nazzjonali u t-tmiem ta’ poltika komuni.

Merkel u Hollande semmew il-kriżijiet li qed taffaċċja l-Ewropa llum – finanzjarji, ekonomiċi, soċjali u umanitarji. Hollande qal li dawn id-diffikultajiet jistgħu jingħelbu permezz tas-solidarjeta` u r-responsabilita` li huma l-bażi ta’ kull azzjoni Ewropea.

Merkel qalet li mill-bidu tas-sena daħlu 600,000 refuġjat. L-Ewropa damet ma fehmet x’kienu se jkunu l-konsegwenzi ta’ dak li qed jiġri fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika imma fl-istess waqt uriet solidarjeta` mal-Italja u l-Greċja u mal-pajjiżi li jmissu mas-Sirja. Merkel qalet li s-Sirja hija mifnija bil-kunflitti u li mhux faċli biex in-nies iħallu darhom, anki għall-immigranti ekonomiċi. L-influss tal-immigranti qed ibiddel l-aġenda politika tal-Ewropa. Hi saħqet li hemm bżonn ta’ aktar protezzjoni fil-fruntieri esterni tal-UE biex ikun garantit iċ-ċaqliq ħieles tan-nies fix-Xengen. Merkel qalet li jeħtieġ li t-Turkija tingħata l-għajnuna biex tintegra r-refuġjati li għandha f’pajjiżha u qalet li t-trattat ta’ Dublin ma għadux tajjeb.

Hollande semma’ s-solidarjeta` li uriet l-Ewropa fil-kriżi tal-Greċja u rringrazzja l-Ewropej talli kienu viċin Franza meta kien hemm l-attakk terroristiku f’Pariġi. Semma’ l-Ukrajna u qal li l-Ewropa taf tkun responsabbli u soda meta għamlet is-sanzjonijiet kontra r-Russja.

Kien hemm reazzjoni imħallta fil-Parlament Ewropew għaż-żewġ diskorsi. Min qabel u min ma qabilx. Fil-verita` ftit li xejn kien hemm differenti mir-rettorika tas-soltu.

 

XEJN DIFFERENTI MIR-RETTORIKA TAS-SOLTU – MERKEL U HOLLANDE JINDIRIZZAW LILL-PARLAMENT EWROPEW

Il-Kanċilliera Ġermaniża Angela Merkel u l-President Franċiż François Hollande saħqu li l-Ewropa teħtieġ it-tmexxija Franċiża-Ġermaniża fl-interess tal-għaqda Ewropea, tkellmu dwar ...
Read More

FAŻI ĠDIDA GĦAL ‘SOPHIA’

Diġa` nqabdu 15-il traffikant u ttieħdu 15-il dgħajsa waqt l-operazzjoni navali tal-Unjoni Ewropea maħsuba biex taqbad lit-traffikanti tal-bnedmin. Issa tnediet ...
Read More

IT-TALBIET GĦALL-AŻIL JIŻDIEDU B’85%, L-AKTAR SIRJANI

Aktar minn 210,000 persuna applikat għall-ażil fl-Unjoni Ewropea bejn April u Ġunju ta’ din is-sena, 15% aktar mill-perijodu Jannar-Marzu tal-2015 ...
Read More

LISTA TA’ PAJJIŻI LI JOFFRU SIGURTA` LIĊ-ĊITTADINI TAGĦHOM

Il-Kummissjoni Ewropea qed tinsisti li ssir lista komuni ta’ pajjiżi li joffru sigurta` liċ-ċittadini tagħhom, fejn hemm sistema demokratika b’mod ...
Read More

AKTAR FONDI LILL-PAJJIŻI ĠIRIEN TAL-UE GĦALL-KRIŻI TAL-IMMIGRAZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea se tagħti aktar fondi lill-pajjiżi ġirien tal-UE biex tikkontrolla aktar il-kriżi tal-immigrazzjoni fl-Ewropa. Il-Kummissjoni għalhekk qed tipproponi li ...
Read More

L-UNJONI EWROPEA GĦANDHA TGĦIN LILL-ISTATI MEMBRI MILQUTIN DIRETTAMENT MILL-KRIŻI TAL-IMMIGRAZZJONI

Dr. Alfred Sant qal lill-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-S&D u r-rappreżentanti tal-Parlamenti Nazzjonali li l-Unjoni Ewropea għandha tkun aktar sensittiva għall-istati membri ...
Read More

IĊ-ĊENTRU XELLUG JERĠA’ JIRBAĦ L-ELEZZJONI FIL-PORTUGALL

Il-Prim Ministru Pedro Passos Coelho reġa’ rebaħ l-elezzjonijiet li saru fil-Portugall. Dan ir-riżultat juri li mexxejja ewropej li imponew riformi ...
Read More

L-INDUSTRIJI ŻGĦAR U MEDJI FL-ISTATI GŻEJJER TAL-UE JEĦTIEĠU L-INKORAĠĠIMENT

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tagħti attenzjoni speċjali u tgħin l-investimenti ta’ intrapriżi żgħar u medji fi stati gżejjer u r-reġjuni iżolati ...
Read More

IR-RATA TAL-QGĦAD TIBQA’ 11% FIŻ-ŻONA EWRO

F’Awwissu r-rata tal-qgħad fiż-żona ewro baqgħet 11%, l-istess bħax-xahar ta’ Lulju. Fl-Unjoni Ewropea kollha r-rata tal-qgħad fl-istess xahar kienet ta’ ...
Read More

L-EKONOMIJA SPANJOLA FOST L-AKTAR DINAMIĊI FIŻ-ŻONA EWRO

L-ekonomija Spanjola qed turi sinjali ta’ fejqan. Skont l-aħħar figuri, il-qligħ min-negozju żdied b’4.6% għall-perijodu Jannar-Lulju. Fl-istess perijodu, l-esportazzjoni żdiedet ...
Read More

L-ISLANDA TGAWDI MINN FTEHIM TA’ KUMMERĊ MAL-UE

L-Unjoni Ewropea u l-Islanda ftiehmu li jilliberalizzaw aktar il-kummerċ tal-podotti tal-ikel u dawk agrikoli. Dan il-ftehim ifisser pass kbir lejn ...
Read More

TIKBER L-ISLAMOFOBIJA FIL-ĠERMANJA

Qed jikber is-sentiment tal-poplu Ġermaniż kontra l-Islam. L-Islamofobija qed tiżdied fil-Ġermanja u l-ostilita` lejn l-immigranti diġa` kienet qed tikber minn ...
Read More

TONQOS L-INFLAZZJONI FIŻ-ŻONA EWRO

L-inflazzjoni annwali taż-żona ewro kienet -0.1% f’Settembru, minn +0.1% f’Awwissu. L-inflazzjoni qabżet iż-żero f’April wara erba’ xhur ta’ waqgħa fil-prezzijiet ...
Read More

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jieħu ħsieb ir-relazzjonijiet diplomatiċi tal-Unjoni Ewropea ma’ pajjiżi oħra barra mill-Unjoni, kif ukoll imexxi l-politika ...
Read More

GĦAL SIESTA WAQT IX-XOGĦOL

Kumpanija Griega, Studio NL, ivvintat mejda apposta għal fuq il-post tax-xogħol. Din il-mejda timxi fuq l-istess kunċett tal-‘bunk beds’ fejn ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment