Il-Parlament Ewropew approva self ta’ €500 miljun lit-Tuneżija bħala assistenza finanzjarja bi ftehim mal-Fond Monetarju Internazzjonali. It-Tuneżija għadha ma rkupratx mill-attakki terroristiċi f’Tunis u f’Sousse. Turisti Ewropej li kienu jimlew Tunis, Sousse, Hammamet, Monastir u s-sud tal-pajjiż qed jagħżlu destinazzjonijiet oħra minħabba l-biża’ ta’ aktar attakki terroristiċi. Dan is-self ġie approvat b’561 ivvotaw favur, 76 ivvotaw kontra u 42 astensjoni.
Minn naħa l-oħra l-Kummissjoni Ewropea ħabbret li se tirrilaxxa €6.1 miljun għall-istabilita` fil-Libja. €5 miljun minnhom se jintefqu fl-infrastruttura ta’ żoni affettwati mill-kunflitt. Il-flus se jservu biex jinfetħu servizzi li huma meħtieġa u se jgħinu biex is-sitwazzjoni politika tal-pajjiż tistabilizza ruħha u tibda tirkupra l-attivita` kummerċjali. Il-kumplament tas-somma, li tlaħħaq €1.1 miljun se tintnefaq biex ikunu identifikati ż-żoni li l-aktar huma fil-bżonn.
BIDU IMBARAZZANTI GĦAL UEFA 2016
Read MoreL-ORKESTRA EWROPEA TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ SE TIBQA’ DDOQQ
Read MoreTKOMPLI S-SAGA TAL-GLYPHOSATE
Read MoreL-EBDA SAJD TAL-MARLOZZ QRIB TAGĦNA
Read MoreJIŻDIEDU T-TAXXI FL-AJRUPORTI EWROPEJ
Read MoreL-EWROPA TEĦTIEĠ SERVIZZI FINANZJARJI B’SAĦĦITHOM
Read MoreFICO JŻOMM SOD DWAR L-IMMIGRAZZJONI
Read MoreGĦAJNUNA LIT-TUNEŻIJA U LIL-LIBJA
Read MoreL-ECON MAQTUGĦ MIR-REALTAJIET EKONOMIĊI TAL-BLIET U RĦULA EWROPEJ
Read MoreBIEX JAQSMU ANQAS IMMIGRANTI LEJN IL-MEDITERRAN
Read MoreMALTA, BĦAS-SUD TAL-EWROPA, INJORATA FIL-‘PJAN JUNCKER’
Read MoreL-IMMIGRAZZJONI U T-TERRORIŻMU WARA L-VOT TAL-BREXIT
Read MoreX’EFFETT IĦALLI BREXIT FUQ MALTA?
Read More
Post a comment