It-Torca

Dwar Malta, l-Ewropa u l-Bqija… (177)

Fil-bidu ta’ dis-sena, Malta għalqet għaxar snin minn meta saret membru taż-żona tal-ewro billi daħħlet dil-munita bħala l-flus nazzjonali tal-pajjiż minflok il-lira Maltija. Meta ġara dan, intqal li bl-ewro bħala l-munita tagħha, Malta se tkun tista’ tibbenefika dejjem aktar mis-sħubija tagħha fl-Unjoni Ewropea għax se tkun magħquda aktar mill-qrib mas-suq wieħed Ewropew. Allura fil-bejgħ u

It-Torca

Il-proposti tal-kummissjoni dwar l-ewro

Ħabat tajjeb li fl-artiklu tal-ġimgħa li għaddiet dwar “Malta, l-Ewropa u l-bqija”, semmejna uħud mill-kwistjonijiet li għadhom imdendla dwar kif iż-żona tal-ewro tista’ tkompli tiżviluppa fiż-żmien li ġej. Kif għedna, għall-bidu ta’ dax-xahar, il-Kummissjoni Ewropea kienet qed tlesti l-proposti tagħha dwar x’għandu jsir u wieħed seta’ jara meta ppublikathom, kif ħafna minnhom komprew punti li

It-Torca

Dwar Malta, l-Ewropa u l-Bqija… (171)

DWAR IL-ĠERMANJA: L-inkwiet il-kbir din il-ġimgħa fl-Ewropa kien dwar il-Ġermanja. Fallew it-taħdidiet bejn il-partiti CDU/CSU immexxija mill-kanċellier Merkel, u l-partiti tal-Liberali u tal-Ħodor. Bejniethom dawn kellhom jiftehmu dwar programm ta’ gvern li setgħu jmexxu f’koalizzjoni ta’ tliet partiti. Ma waslux. Il-mistoqsija kienet: x’se jiġri issa? Seta’ jitwaqqaf gvern ta’ minoranza: bis-CDU/CSU waħidhom; jew ma’ wieħed

It-Torca

It-Taxxi fl-Ewropa (1)

Fl-aħħar sentejn u aktar, il-ħlas jew le tat-taxxi dovuti minn ċittadini u kumpaniji fl-Ewropa sar suġġett jaħraq. Qamu l-iskandli li nafu bihom dwar kif qed jiġu evitati l-ħlasijiet ta’ biljuni ta’ ewro f’taxxi fuq profitti ta’ kumpaniji u dħul ta’ individwi. Ġew pubblikati miljuni ta’ dokumenti u messaġġi elettroniċi li urew kif qed jitwettqu dawn

It-Torca

Il-Populiżmu fl-Ewropa

Ir-riżultat elettorali fil-Ġermanja għall-Bundestag il-ġdid qanqal sensazzjoni. Kif mistenni, Angela Merkel u l-partiti “tagħha” (miċ-ċentru-lemin, is-CDU, u s-CSU tal-Bavarja) rebħu maġġoranza relattiva. Se jerġgħu jidderieġu gvern ta’ koalizzjoni. Imma kisbu 10 punti ta’ persentaġġ anqas tal-voti minn erba’ snin ilu. Immexxija minn Martin Schulz, l-eks-President tal-Parlament Ewropew, is-soċjal-demokratiċi (ċentru xellug) spiċċaw bi ftit aktar minn

It-Torca

Wara d-diskors ta’ Juncker

Kif mistenni, qanqal interess u diskussjoni… imma mhux wisq… id-diskors ġimgħa u nofs ilu tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker quddiem il-Parlament Ewropew dwar il-qagħda tal-Unjoni Ewropea. Id-drawwa li jsir dan id-diskors bdiha l-President tal-Kummissjni Ewropea ta’ qablu, Manuel Barroso, fuq il-mudell tad-diskors li jagħmel kull sena l-President Amerikan quddiem il-Kungress ta’ pajjiżu. Mhux kulħadd