It-Torca

Il-Programm tal-Presidenza Awstrijakka

Bħal kull pajjiż fil-bidu tal-presidenza tiegħu tal-Unjoni Ewropea, l-Awstrija ppublikat il-programm ta’ ħidma li tixtieq tmexxi matul s-sitt xhur li jmiss. Hu programm twil 70 paġna, jekk tgħodd dawk li mimlija b’ritratti. Il-preżentazzjoni hi attrajenti, mibnija taħt is-slogan ta’ “Ewropa li tipproteġi”. Hu slogan interessanti għax qrib ta’ dak li fl-aħħar xhur il-President ta’ Franza

It-Torca

Erba’ punti ta’ kriżi

Ta’ kultant, jidher minnu dak li ġieli jintqal dwar l-Unjoni Ewropea: li tissemma l-aktar meta tkun qed taffaċċja xi kriżi. Ħafna allura, meta jiġri hekk, jipprevedu li ċ-ċansijiet qed jikbru li l-Unjoni se titfarrak minħabba fil-kriżi tal-ġurnata. Imbagħad l-affarijiet jikkwitaw sakemm tqum il-kriżi li jmiss. Fil-frattemp, bejn kriżi u oħra, l-Unjoni tibqa’ għaddejja bl-affarijiet “normali”

It-Torca

Bejn l-Amerika ta’ Trump u l-Ewropa

L-affarijiet mhumiex sejrin sew bejn il-gvern Amerikan taħt il-presidenza ta’ Donald Trump u l-mexxejja attwali tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea… jew talanqas l-ewlenin fosthom… il-Ġermanja, Franza, ir-Renju Unit. Anzi hu korrett li tgħid li bejniethom issenslet kriżi bla preċedent. Qamu wisq suġġetti ta’ importanza kbira li dwarhom mhux biss hemm nuqqas ta’ qbil, imma li fuqhom

It-Torca

X’sehem għall-Italja fl-Ewropa?

Bit-tluq tar-Renju Unit, se tkun it-tielet l-akbar ekonomija fl-Unjoni Ewropea. Kienet waħda mill-ewwel sitta fl-Unjoni u fil-fatt it-trattat tal-bidu ġie ffirmat Ruma. Matul is-snin, numru ta’ politiċi tagħha kienu fost il-mexxejja ewlenin ta’ Brussell – Altero Spinelli, Franco Maria Malfatti, Romano Prodi, Mario Monti – li kollha kienu appostli għal unjoni dejjem eqreb bejn il-pajjiżi

It-Torca

Dwar Franza u l-Ewropa

Bil-qagħda tagħha fiċ-ċentru tal-Ewropa tal-punent u bid-daqs tagħha, qatt ma seta’ jonqos li Franza jkollha rwol ewlieni jekk mhux essenzjali fl-istorja Ewropea. Storikament, wara li l-imperu Spanjol spiċċa staġnat u mogħti l-ġenb, il-kompetizzjoni bejn il-potenzi fl-Ewropa inġemgħet bejn Franza u l-istati Ġermaniċi, inkluża l-Awstrija bl-imperu tagħha. Meta t-territorju Ġermaniż ingħaqad f’pajjiż wieħed, din ir-rivalità kompliet

It-Torca

Dwar il-Ġermanja u l-Ewropa

Ħafna entużjasti ta’ Ewropa magħquda jemmnu li l-interess Ewropew għandu jieħu d-dritta fuq l-interess nazzjonali. Mhux billi dan tal-aħħar jintesa imma billi jaċċetta d-dixxiplina tal-kompromessi li jridu jsiru biex l-Ewropa tingħaqad. Il-kompromessi li qed jaħsbu fihom jirrekjedu li l-pajjiżi differenti jċedu partijiet, uħud sostanzjali, tas-sovranità tagħhom u jgħadduha lil xi organu ċentrali “ewropew”. Sa issa,