It-Torca

L-għaqda bankarja

Fost ir-riformi li ddaħħlu fit-tmexxija taż-żona tal-ewro wara s-sena 2008 biex jilqgħu għall-kriżi finanzjarja ta’ dik is-sena, kien hemm miżuri biex tinħoloq għaqda bankarja. Parti kbira mill-kriżi żvolġiet meta banek ewlenin Ewropej resqu qrib il-falliment. Daħlu l-gvernijiet biex isalvawhom. Imma l-flejjes li l-gvernijiet ħarġu biex iżommu l-banek fil-wiċċ u li kellhom jissellfuhom, għabbew fuq l-istess

It-Torca

Dwar malta, l-ewropa u l-bqija… (183)

ELEZZJONIJIET EWROPEJ Qed joqorbu l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u kif ma setax jonqos, qamu d-dibattiti dwar kif dawn għandhom jiġu organizzati. F’liema dati? B’liema metodu? X’għandha tkun it-tifsira tagħhom? Dwar id-data meta jinżammu l-elezzjonijiet, ma tantx tqajmu kontroversji. Jidher li kulħadd riesaq għall-fehma li l-aħħar terz tax-xahar ta’ Mejju 2019 jagħmel sens. Il-komplikazzjoni li tqanqlet ġejja

It-Torca

Il-Korruzzjoni fl-Ewropa

Is-suġġett ma jitqajjimx daqstant ta’ spiss (għalkemm aktar ta’ spiss dan l-aħħar), imma l-problema hemm tinsab. Ħafna jippreferu jwarrbu kull diskussjoni dwarha, sakemm ma tkunx tikkonċerna xi wieħed mill-pajjiżi ż-żgħar membri tal-Unjoni Ewropea, fejn allura dwaru, wieħed jista’ jitkellem bla kantunieri. Biss x’aktarx li mhux l-istess meta fin-nofs, ikun hemm imdaħħla l-pajjiżi l-kbar membri tal-Unjoni.

It-Torca

Il-Finanzi tal-Unjoni Ewropea

Telqu l-argumenti dwar kif fis-snin li ġejjin, l-Unjoni Ewropea se tkun qed tmexxi l-finanzi tagħha. Huma argumenti iebsa li dejjem jispiċċaw jaħarqu hekk kif il-pajjiżi membri tal-Unjoni kollha jipprovaw joħorġu l-anqas fondi u jdaħħlu minnhom l-aktar li jistgħu. Id-diskussjoni kbira li riesqa tikkonċerna kif bejn is-sena 2020 u s-sena 2027 se jitfasslu l-baġits tal-Unjoni. Il-ħsieb

It-Torca

L-Elezzjonijiet Ewropej

Fil-Parlament Ewropew naturalment, ħafna membri qed jaħsbu dwar l-elezzjonijiet Ewropej li jmiss. Il-Presidenti tal-gruppi politiċi miġbura madwar il-President tal-Parlament Tajani, irrakkomandaw li dawn jinżammu matul l-aħħar ġimgħa ta’ Mejju 2019. Bdew isiru l-kalkoli elettorali, li ma tantx jistgħu joħorġu favorevoli għall-grupp tas-soċjalisti u d-demokratiċi. Barra milli se jkunu tilfu l-appoġġ tal-kontinġent Laburista Ingliż, is-soċjalisti jkollhom

It-Torca

Il-Presidenza Bulgara

Wara l-presidenzi ta’ Malta u l-Estonja matul is-sena 2017, l-Unjoni Ewropea bdiet is-sena 2018 bil-presidenza tal-Bulgarija. Kull pajjiż iġib miegħu għall-ħidma tal-presidenza tal-Unjoni, l-laqta speċjali li tkun “tiddistingwih” b’mod daqqa ta’ kontroversja, daqqa ta’ kurżitá, daqqa ta’ aspettattiva. Fil-każ ta’ Malta, kien hemm kurżitá dwar kemm fiċ-ċokon tiegħu, il-pajjiż seta’ jwassal tajjeb sal-aħħar il-ħidma tal-presidenza.