Newsletter

IL‑WAQGĦA TAR‑RUBLU

Dis-sena l-kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Russja se jkun affettwat minħabba l-waqgħa tar-Rublu (il-munita tar-Russja). Dan għaliex, minkejja s-sanzjonijiet minħabba l-kunflitt fuq l-Ukrajna, l-Unjoni Ewropea u r-Russja xorta jagħmlu ħafna kummerċ bejniethom. Għal issa għadu kmieni wisq biex inkunu nafu x’effett se tħalli fuq l-Ewropa s-sitwazzjoni ekonomika tar-Russja. Fid-19 ta’ dan ix-xahar, il-Ministri tal-Affarijiet Barranin

Newsletter

MIETU 3,419 FIL‑MEDITERRAN

Il-Baħar Mediterran kien l-iktar baħar li fih mietu nies fis-sena 2014. L-Aġenzija tar-Refuġjati tal-Ġnus Magħquda qalet li mill-inqas mietu 3, 419 immigrant f’dan il-baħar, jiġifieri 80% tal-imwiet kollha fl-ibħra li fihom jaqsmu l-immigranti. L-iktar rotta li jippreferu l-immigranti hija proprju dik tal-Mediterran fejn is-sena l-oħra 207,000 ippruvaw jaqsmu l-baħar. Din iċ-ċifra tfisser li 60% tal-ivjaġġar

Newsletter

L‑AKBAR SFIDA TAL‑UNJONI EWROPEA FL‑2015

Fl-2015, l-akbar sfida tal-Unjoni Ewropea se tkun dik li toħloq impjiegi u investiment. ‘Jista’ jseħħ dan? U jekk jista’ jseħħ, kif meta?’ staqsa Alfred Sant meta kien qed jindirizza Konferenza tas-Soċjal Demokratiċi fil-Parlament Ewropew bit-tema ‘Malta fl-Ewropa – Fejn qegħdin – fejn sejrin?’ L-iżvilupp ekonomiku ta’ Malta jiddependi ħafna fuq l-andament tal-ekonomiji tal-pajjiżi tal-UE, minkejja

Newsletter

KURŻITAJIET TAL-MILIED

L-ewwel siġra tal-Milied artifiċjali għamluha l-Ġermaniżi bir-rix miżbugħ tal-wiżż. L-ewwel darba li kien hemm riferenza dokumentata għas-siġra tal-Milied kien fil-Ġermanja, sewwasew fis-sena 1531. Fil-Polonja jiddelettaw bil-brimb u l-għanqbud bħala parti mid-dekorazzjonijiet fuq is-siġra tal-Milied. Dan għaliex, skond leġġenda Pollakka, brimba nisġet kutra għal Ġesu` tarbija. Huwa għalhekk li fil-Polonja l-brimba fil-Milied hija simbolu ta’ tjieba

Newsletter

MALTA ŻŻID L-INVESTIMENT FIS-SETTUR EDUKATTIV

Malta żżid l-investiment fl-edukazzjoni b’aktar minn 1% meta mqabbel mas-sena li għaddiet Eurydice, in-network Ewropew li tispeċjalizza fl-edukazzjoni, ippubblikat informazzjoni dwar l-infiq fis-settur tal-edukazzjoni fil-pajjiżi Ewropej. B’kollox ġew studjati s-sistemi edukattivi ta’ 34 pajjiż. Permezz ta’ dan l-istudju, saru magħrufin il-pajjiżi li żiedu jew naqqsu l-ispiża tagħhom fl-edukazzjoni fl-2014. Pajjiżi oħra li bħal Malta żiedu

Newsletter

1700 IMPJEGAT TAL-KUMMISSJONI EWROPEA ESPOSTI GĦALL-ASBESTOS

1,700 impjegat, li minnhom 50 huma Maltin, qegħdin jistennew lill-Kummissjoni Ewropea toħroġhom mill-bini Jean Monet fil-Lussemburgu. Dawn l-impjegati qed jaħdmu fil-preżenza tal-asbestos f’dan il-bini mikri lill-Kummissjoni Ewropea wara li kien stabbilit li kien hemm ammont ta’ asbestos. Alfred Sant staqsa lill-Kummissjoni meta se toħroġ lil dawn l-imjegati minn dan il-bini u staqsa kemm-il każ ta’