Il-Bulgarija se tkun l-istat membru li jmiss biex tidħol fiż-żona ewro. Dan qalu l-Kummissarju tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji Pierre Moscovici li iżda żied jgħid li d-dħul ta’ dan il-pajjiż ma għandux isir bl-għaġġla, biex l-integrazzjoni tiegħu fiż-żona ewro tkun suċċess.
“Jekk ngħaġġlu, noħolqu dħul fiż-żona ewro li ma jkunx perfett”, qal Moscovici. Huwa saħaq li l-Bulgarija għandha timmira li żżomm ir-rati ta’ skambju bejn il-munita nazzjonali tagħha u l-ewro stabbli u faħħar id-determinazzjoni tal-Bulgarija fil-ħidma tagħha biex tadotta l-ewro.
Il-Ministru tal-Finanzi Bulgaru Vladislav Goranov kien qal f’Jannar li l-Bulgarija setgħet tagħmel pass ieħor għad-dħul fiż-żona ewro billi tidħol fl-ERM II (Mekkaniżmu għar-rata tal-Kambju).
Il-Prim Ministru Bulgaru nhar il-Ħamis li għadda, wara laqgħa li kellu mal-Kummissarju Valdis Dombrovskis, qal li l-Bulgarija lesta tidħol f’dan il-mekkaniżmu fi żmien sena. Dan il-Mekkaniżmu huwa maħsub biex jipprepara pajjiżi barra ż-żona ewro biex jidħlu fiż-żona ewro.

538,000 INGĦATAW PROTEZZJONI INTERNAZZJONALI FL-2017
Read More

BIEX IL-BULGARIJA TIDĦOL FIŻ-ŻONA EWRO
Read More

IL-PROPOSTI DWAR IL-POLITIKA TA’ KOEŻJONI GĦAL ĠUNJU
Read More

ĠŻEJJER TAL-UE MHUMIEX IGAWDU MINN FONDI GĦALL-INVESTIMENTI STRATEĠIĊI
Read More

POPULISTI JIMBOTTAW GĦALL-ARMONIZZAZZJONI TAT-TAXXA
Read More

AKTAR ŻMIEN LIL PAJJIŻI BI KWALITA` ĦAŻINA TAL-ARJA
Read More

FONDI GĦALL-VITTMI TAL-KRIŻI FINANZJARJA
Read More

QED ISIR DIFFIĊLI DJALOGU BEJN L-EWROPEJ U L-ISTATI UNITI
Read More
Post a comment