Għexieren ta’ biljuni tal-ewro fil-baġit il-ġdid jistgħu jintużaw biex jassistu pajjiżi li kienu vittmi tal-kriżi finanzjarja, bħal Spanja u l-Greċja, u mhux jingħataw lil pajjiżi tal-Ewropa ċentrali bħal Polonja, Ungerija u Repubblika Ċeka, irrapportat il-Financial Times.
Il-ġurnal qal li l-idea hija li jitwaqqfu l-finanzjamenti bbażati biss fuq il-PGD ras għal ras tal-popolazzjoni tal-istati membri, u magħhom jiżdiedu fatturi oħra bħal qgħad fost iż-żgħażagħ, politika ambjentali, innovazzjoni u politika tal-immigrazzjoni.
Jekk jidħlu dawn il-kriterji ġodda għal finanzjamenti, jmorru l-agħar l-aktar l-Ungerija u l-Polonja. Ir-Repubblika Ċeka u l-Istati Baltiċi wkoll jitilfu l-fondi. L-aħjar li jmorru f’xenarju bħal dan ikunu l-pajjiżi tas-Sud tal-Ewropa li l-aktar li ntlaqtu mill-kriżi finanzjarja u l-miżuri ta’ awsterita` bħall-Italja, Spanja u l-Greċja. Il-Financial Times irrapportat li l-Kanċilliera Ġermaniża Angela Merkel u l-President Franċiż Emmanuel Macron jaqblu li tiddaħħal kriterja li tiffavorixxi l-pajjiżi bl-akbar numru ta’ immigranti.

538,000 INGĦATAW PROTEZZJONI INTERNAZZJONALI FL-2017
Read More

BIEX IL-BULGARIJA TIDĦOL FIŻ-ŻONA EWRO
Read More

IL-PROPOSTI DWAR IL-POLITIKA TA’ KOEŻJONI GĦAL ĠUNJU
Read More

ĠŻEJJER TAL-UE MHUMIEX IGAWDU MINN FONDI GĦALL-INVESTIMENTI STRATEĠIĊI
Read More

POPULISTI JIMBOTTAW GĦALL-ARMONIZZAZZJONI TAT-TAXXA
Read More

AKTAR ŻMIEN LIL PAJJIŻI BI KWALITA` ĦAŻINA TAL-ARJA
Read More

FONDI GĦALL-VITTMI TAL-KRIŻI FINANZJARJA
Read More

QED ISIR DIFFIĊLI DJALOGU BEJN L-EWROPEJ U L-ISTATI UNITI
Read More
Post a comment