Informazzjoni maħruġa mill-Bank Ewropew għall-Investiment turi li l-gżejjer tal-UE mhux qed jirnexxielhom jibbenefikaw mill-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (EFSI). Bħalissa, kemm Malta u kemm Ċipru jinsabu fl-aħħar tal-lista tal-investimenti li mistennija jkunu mobilizzati għal kull miljun Ewro ta’ Prodott Gross Domestiku taħt il-fondi tal-EFSI. Alfred Sant qal dan waqt il-Konferenza mtella’ mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-Gżejjer “Kif tista’ l-Politika ta’ Koeżjoni tindirizza l-isfidi tal-gżejjer wara l-2020?” fil-Parlament Ewropew.
“Il-problema ewlenija hija li dawn il-fondi mhux strutturati u mfassla għall-ekonomiji tal-gżejjer. Jinjoraw li l-ekonomiji tal-gżejjer ħafna drabi mhumiex mogħnija bl-ekonomiji meħtieġa, ma għandhomx popolazzjoni kbira u mhumiex viċin reġjuni oħra.”
Dr Sant qal li r-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE fil-kuntest tal-għajnuna tal-istat għandhom ikunu strutturati b’mod differenti ħafna milli huma bħalissa, għandhom ikunu aktar ċari.
“Għandna nkomplu nagħmlu l-pressjoni biex il-politika tal-kompetizzjoni tkun applikata b’inqas strettezza fil-gżejjer u ż-żoni tal-periferija, f’dan il-każ ukoll fil-kuntest tal-għajnuna tal-istat fil-forma ta’ fondi ta’ koeżjoni. Minn gżira għal gżira, minn reġjun għal reġjun, għandu jkun hemm eżenzjoni sħiħa u ċara mir-regoli tal-kompetizzjoni kif applikati għas-sussidji u l-appoġġ mill-istat. M’hemm l-ebda mod li bih dawn l-eżenzjonijiet jistgħu jaffettwaw b’xi mod, l-operazzjonijiet tas-suq uniku Ewropew.”
Alfred Sant ippropona t-twaqqif ta’ fond speċjali tal-UE apposta għal reġjuni tal-UE b’kundizzjonijiet ġeografiċi ‘speċjali’ jew ‘diffikultużi’.

538,000 INGĦATAW PROTEZZJONI INTERNAZZJONALI FL-2017
Read More

BIEX IL-BULGARIJA TIDĦOL FIŻ-ŻONA EWRO
Read More

IL-PROPOSTI DWAR IL-POLITIKA TA’ KOEŻJONI GĦAL ĠUNJU
Read More

ĠŻEJJER TAL-UE MHUMIEX IGAWDU MINN FONDI GĦALL-INVESTIMENTI STRATEĠIĊI
Read More

POPULISTI JIMBOTTAW GĦALL-ARMONIZZAZZJONI TAT-TAXXA
Read More

AKTAR ŻMIEN LIL PAJJIŻI BI KWALITA` ĦAŻINA TAL-ARJA
Read More

FONDI GĦALL-VITTMI TAL-KRIŻI FINANZJARJA
Read More

QED ISIR DIFFIĊLI DJALOGU BEJN L-EWROPEJ U L-ISTATI UNITI
Read More
Post a comment