Il-Kummissjoni Ewropea mistennija tippreżenta l-proposti tagħha għall-Budget tas-seba’ snin li ġejjin dwar il-Politika ta’ Koeżjoni lejn tmiem dan ix-xahar, aktarx fil-bidu ta’ Ġunju. Dan qalitu l-Kummissarju tal-Politika Reġjonali Corina Cretu li qalet li fil-baġit għas-seba’ snin li ġejjin ma tridx li l-gżejjer tal-UE ikollhom fondi apposta għalihom. Dan għaliex, fil-fehma tagħha, hemm wisq diversita` bejn gżira u oħra, kif ukoll għax il-piż amministrattiv ikun kbir wisq.
Il-Kummissarju tal-Budget Günther Oettinger diġa` qal li l-Fondi tal-UE għall-politika ta’ Koeżjoni se jonqsu b’6%.
“Aħna konxji tad-diversita` li teżisti bejn reġjuni differenti fl-UE b’mod ġenerali, u anki bejn reġjuni gżejjer u reġjuni ċentrali. Iżda jeżistu wkoll differenzi kbar bejn ir-reġjuni gżejjer infushom.” qalet Cretu
Il-Kummissarju qabblet l-ekonomija ta’ belt f’Sardinja, li hija 50% tal-medja ewropea, mal-ekonomija tal-gżejjer Åland fil-Finlandja li jlaħħqu ekonomija ta’ 150% tal-medja ewropea. Cretu qalet li hemm differenzi kbar bejn il-gżejjer f’termini ta’ daqs, popolazzjoni u status legali.
“F’dan il-kuntest, il-ħolqien ta’ fond apposta għall-gżejjer jimmina lil ċertu żoni ġeografiċi jindirizzaw id-diffikultajiet strutturali ewlenin tagħhom b’mod komprensiv.” qalet Cretu.
Kliem Cretu jmur kontra l-Konferenza ta’ Reġjuni Marittimi fil-Periferija (CPMR) li qed targumenta biex is-sitwazzjoni speċifika u l-karatteristiċi tal-gżejjer ikunu rikonoxxuti.
It-Trattat tal-UE jisħaq biex jitnaqqsu d-differenzi ekonomiċi bejn ir-reġjuni filwaqt li jingħata appoġġ lil reġjuni li jsofru minn diffikultajiet, inklużi dawk ġeografiċi, kif inhu l-każ għar-reġjuni gżejjer.
Ix-xewqa tas- CPMR hija li f’livell Ewropew ikun hemm fondi apposta għall-gżejjer li jkunu mmexxija mill-gżejjer stess.

538,000 INGĦATAW PROTEZZJONI INTERNAZZJONALI FL-2017
Read More

BIEX IL-BULGARIJA TIDĦOL FIŻ-ŻONA EWRO
Read More

IL-PROPOSTI DWAR IL-POLITIKA TA’ KOEŻJONI GĦAL ĠUNJU
Read More

ĠŻEJJER TAL-UE MHUMIEX IGAWDU MINN FONDI GĦALL-INVESTIMENTI STRATEĠIĊI
Read More

POPULISTI JIMBOTTAW GĦALL-ARMONIZZAZZJONI TAT-TAXXA
Read More

AKTAR ŻMIEN LIL PAJJIŻI BI KWALITA` ĦAŻINA TAL-ARJA
Read More

FONDI GĦALL-VITTMI TAL-KRIŻI FINANZJARJA
Read More

QED ISIR DIFFIĊLI DJALOGU BEJN L-EWROPEJ U L-ISTATI UNITI
Read More
Post a comment