Qed isir diffiċli d-djalogu bejn l-Ewropej u l-Istati. Minħabba l-imprevedibbilita`, perċepita jew reali, tal-politika tal-President Donald Trump, l-Ewropej – inkluż dawk fil-Parlament Ewropew – qed isibuha aktar diffiċli biex jitkellmu b’mod awtoritevoli dwar perspettivi futuri ma’ rappreżentanti tal-Istati Uniti. Taħt l-amministrazzjoni ta’ Obama ir-relazzjonijiet tal-UE u l-Istati Uniti kienu bbażati fuq l-idea li l-interessi tat-tnejn kienu qrib xulxin, speċjalment l-interessi ekonomiċi u dawk tad-difiża, iżda taħt il-Presidenza ta’ Trump dan ma baqax il-każ.
Dan qalu Alfred Sant fi skambju ta’ ideat ma’ studenti u professjonisti żgħażagħ futuri mill-Kulleġġ tal-Ewropa fi Bruges. Dr Sant tkellem dwar l-esperjenza tiegħu bħala parti mid-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għar-relazzjonijiet bejn l-Istati Uniti u l-UE u semma l-isfidi ġodda li ġabet magħha l-amministrazzjoni ta’ Trump.
Il-Kulleġġ tal-Ewropa huwa istitut universitarju indipendenti għall-istudji Ewropej fil-livell ‘postgraduate’ mniedi fl-1949. L-okkażjoni immarkat il-ġimgħa nazzjonali Maltija-Għarbija, fejn kull reġjun fl-Ewropa ppreżenta l-kultura u t-tradizzjonijiet tiegħu.
Alfred Sant, Marlene Mizzi u Francis Zammit Dimech spjegaw il-ħidma fid-delegazzjonijiet rispettivi tagħhom fil-laqgħa ta’ Bruges.

538,000 INGĦATAW PROTEZZJONI INTERNAZZJONALI FL-2017
Read More

BIEX IL-BULGARIJA TIDĦOL FIŻ-ŻONA EWRO
Read More

IL-PROPOSTI DWAR IL-POLITIKA TA’ KOEŻJONI GĦAL ĠUNJU
Read More

ĠŻEJJER TAL-UE MHUMIEX IGAWDU MINN FONDI GĦALL-INVESTIMENTI STRATEĠIĊI
Read More

POPULISTI JIMBOTTAW GĦALL-ARMONIZZAZZJONI TAT-TAXXA
Read More

AKTAR ŻMIEN LIL PAJJIŻI BI KWALITA` ĦAŻINA TAL-ARJA
Read More

FONDI GĦALL-VITTMI TAL-KRIŻI FINANZJARJA
Read More

QED ISIR DIFFIĊLI DJALOGU BEJN L-EWROPEJ U L-ISTATI UNITI
Read More
Post a comment