Il-Kummissjoni Ewropea qed tittama li ż-żona Xengen terġa’ lura għan-normal sal-aħħar tas-sena, konxja mid-diżordni, fost l-istati membri tal-UE, minħabba il-kriżi tal-immigrazzjoni. F’nofs Mejju l-Kummissjoni se tattiva l-artiklu 26 tax-Xengen li permezz tiegħu 8 stati membri li diġa` qed jagħmlu l-kontrolli fuq il-fruntieri, jibqgħu jagħmlu dan għal aktar tul ta’ żmien. Il-Kummissjoni qed tittama li dan iż-żmien ma jtawwalx aktar mill-aħħar ta’ Diċembru. Il-ħsieb hu li l-kontrolli jdumu minn sitt xhur sa massimu ta’ sentejn.
Fost il-miżuri nsibu s-sistema ta’ Frontex ġdid jiġifieri sistema Ewropea bil-gwardji tal-kosta li tnaqqar mis-sovranita` tal-pajjiżi. Din is-sistema għandha tidħol fis-seħħ f’Awwissu tal-2016 wara ftehim mal-Kunsill u mal-Parlament Ewropew. Miżuri oħra jserrħu fuq il-Greċja li se jkollha tħabbar pjan ta’ azzjoni sa nofs Marzu. Imsemmija wkoll il-kooperazzjon mat-Turkija u l-pjan ta’ rilokazzjoni tar-refuġjati fl-UE. Il-kwoti huma obbligatorji, iżda l-pajjiżi tal-Lvant tal-Ewropa għadhom mhux qed jaċċettawhom.
S’issa minn 160, 000, ġew rilokati 660 mill-Greċja u l-Italja, imma l-Kummissjoni qed tittama li n-numri ta’ refuġjati rilokati jiżdied. Aktar minn 10, 000 persuna huma maqbuda fil-fruntiera bejn il-Macedonja u l-Greċja. Mijiet ta’ immigranti għadhom deħlin kuljum. Il-Kummissjoni qed titlob l-istati membri jibdew joffru r-riżorsi tagħhom għas-sistema ta’ Frontex ġdid.
Il-Kummissjoni tat €3.5 miljun oħra lil Greċja u qed teżiġi li l-immigranti kollha jkunu identifikati u reġistrati. Il-Greċja tista’ tiffaċċja diżastru umanitarju fil-futur qarib. Il-Kummissjoni qed tisħaq fuq il-ftehim mat-Turkija u l-UE u qed tirrakkomanda li jiżdiedu n-numru ta’ immigranti li jintbagħtu lura minn fejn ġew. Qed tisħaq ukoll biex ir-regoli ta’ Dublin jibqgħu fis-seħħ jiġifieri l-immigranti li mhux eleġibbli għal protezzjoni umanitarja għandhom jibqgħu fl-ewwel pajjiż membru li rifsu fuqu jiġfieri l-Greċja. Minn hemm jerġgħu jintbagħtu lura t-Turkija.
L-UE għadha maqsuma fuq il-kriżi tal-immigrazzjoni. L-uniku proposta reali kienet li dawk l-immigranti li daħlu fl-Ewropa b’mod illegali se jerġgħu jintbagħtu lura t-Turkija. It-Turkija trid €3.5 biljun oħra biex timplimenta dak li ġie miftiehem waqt li tinsisti li jiġi mgħaġġel il-proċess tas-sħubija fl-UE. L-UE teħtieġ l-għajnuna tat-Turkija biex almenu tillipazza fuq il-problema tal-immigrazzjoni, imma se jkun hemm pajjiżi, Ċipru l-ewlieni fosthom, li se joġġezzjonaw għas-sħubija tat-Torok. L-aħħar dikjarazzjonijiet tal-mexxejja l-kbar Ewropej reġgħu kkonfermaw li l-UE m’għandhiex pjan koerenti dwar il-kriżi tal-immigrazzjoni.

PROĊEDURI KONTRA MIN JIKSER IR-REGOLI EKONOMIĊI
Read More

L-ISTATI MEMBRI TAL-MEDITERRAN DWAR IL-KRIŻIJIET TAL-UE
Read More

L-EWROPA MA TISTAX TFARFAR IL-PROBLEMA TAL-IMMIGRAZZJONI FUQ L-ISTATI Ż-ŻGĦAR TAS-SUD
Read More

IŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA TUNEŻIN FL-EWROPA
Read More

L-AJRUPORTI FAVUR IX-XENGEN
Read More

FTEHIM MAL-AWSTRALJA U NEW ZEALAND
Read More

M’HEMMX FLUS BIEX IŻARMAW L-IMPJANTI NUKLEARI
Read More

MIŻURI MONETARJI ĠODDA
Read More

L-EWROPA TEĦTIEĠ INVESTIMENT PUBBLIKU ĠDID
Read More

IL-KLASSI TAN-NOFS ISSIBHA AKTAR DIFFIĊLI
Read More

L-S&D SE TINDIRIZZA T-TĦASSIB TAS-SAJJIEDA MALTIN
Read More

IL-MED GROUP
Read More

ĦAMES PAJJIŻI EWROPEJ FAVORITI MAL-AMERIKANI
Read More

BLA PJAN DWAR L-IMMIGRAZZJONI
Read More
Post a comment