L-istati membri li għandhom impjanti nukleari, m’għandhomx flus għaż-żarmar tal-power stations nukleari u għall-organizzazzjoni tal-iskart radjoattiv.
Biex jiżżarmaw l-impjanti nukleari kollha fl-Ewropa jeħtieġ €268.33. Aktar ma jiqdiemu, aktar il-bżonn li jiżżarmaw dawn l-impjanti. Il-power stations nukleari għandhom ħajja medja ta’ 29 sena. Is-17-il stat membru li għandhom reatturi nukleari warrbu biss €150.1 biljun għal din in-nefqa. Din is-somma tkopri biss 56% tan-nefqa totali.
Franza għandha l-akbar għadd ta’ impjanti nukleari. Il-flus li warrbet Franza għaż-żarmar u l-organizzazzjoni tal-iskart radjoattiv ikopri biss 31% tal-ispejjeż kollha. Il-flus li warrbet il-Ġermanja għal dan il-għan ikopri 83% tal-ispiża. L-Olanda hija ppreparata mija fil-mija u r-Renju Unit għandha assi biżżejjed biex tkopri l-ispejjeż kollha li jammontaw għal €63 biljun.
L-ispejjeż biex jiżżarmaw impjanti radjoattivi jvarja skont il-pajjiż, it-teknoloġija, id-daqs u l-post tar-reatturi nukleari. Il-Kummissjoni saħqet li m’hemmx biżżejjed esperjenza f’dan il-qasam. F’Ottubru tal-2015, ingħalqu 89 reattur fl-Ewropa, l-aktar fi Franza, il-Ġermanja u r-Renju Unit u 147 oħra madwar id-dinja. Minn dan in-numru kollu, 16-il reattur iżżarmaw kompletament. Dawn jinkludu 3 fil-Ġermanja u 13 fir-Renju Unit.
Huwa stmat li l-investiment li teħtieġ l-Ewropa biex jinbnew reatturi nukleari ġodda jlaħħaq il-€500 biljun sal-2050.
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2016/03/NL35-_0011_01_257167957-300x300.jpg)
PROĊEDURI KONTRA MIN JIKSER IR-REGOLI EKONOMIĊI
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2016/03/NL35-_0010_02_269227808-300x300.jpg)
L-ISTATI MEMBRI TAL-MEDITERRAN DWAR IL-KRIŻIJIET TAL-UE
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2016/03/NL35-_0000_Layer-1-300x300.jpg)
L-EWROPA MA TISTAX TFARFAR IL-PROBLEMA TAL-IMMIGRAZZJONI FUQ L-ISTATI Ż-ŻGĦAR TAS-SUD
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2016/03/NL35-_0009_03_113528608-300x300.jpg)
IŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA TUNEŻIN FL-EWROPA
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2016/03/NL35-_0008_04_210042967-300x300.jpg)
L-AJRUPORTI FAVUR IX-XENGEN
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2016/03/NL35-_0006_koala_275171477-300x300.jpg)
FTEHIM MAL-AWSTRALJA U NEW ZEALAND
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2016/03/NL35-_0004_nuclear_231780166-300x300.jpg)
M’HEMMX FLUS BIEX IŻARMAW L-IMPJANTI NUKLEARI
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2016/03/NL35-_0001_ecb_318771755-300x300.jpg)
MIŻURI MONETARJI ĠODDA
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2016/03/image-300x300.jpg)
L-EWROPA TEĦTIEĠ INVESTIMENT PUBBLIKU ĠDID
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2016/03/NL35-_0003_people_225090064-300x300.jpg)
IL-KLASSI TAN-NOFS ISSIBHA AKTAR DIFFIĊLI
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2016/03/NL35-_0012__MG_4806-300x300.jpg)
L-S&D SE TINDIRIZZA T-TĦASSIB TAS-SAJJIEDA MALTIN
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2016/03/NL35-_0005_med_10172737-300x300.jpg)
IL-MED GROUP
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2016/03/NL35-_0002_old-people_122701546-300x300.jpg)
ĦAMES PAJJIŻI EWROPEJ FAVORITI MAL-AMERIKANI
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2016/03/refugees-1-300x300.jpg)
BLA PJAN DWAR L-IMMIGRAZZJONI
Read More
Post a comment