Fl-Istati Uniti, ħames pajjiżi fl-Ewropa qed ikunu msemmija bħala destinazzjonijiet ideali għall-irtirar. Qed jingħad li f’dawn il-ħames pajjiżi Ewropej jinstabu bajjiet mill-isbaħ, bliet mimlija storja, arkitettura u mużewijiet u anki xeni rilassanti qalb il-kampanja. L-esperti qed jgħidu li l-ħajja f’dawn il-postijiet mhux għolja ħafna u l-kiri jew ix-xiri tal-propjeta` huma raġjonevoli wkoll. Is-servizzi tas-saħħa deskritti bħala professjonali u l-faċilitajiet ta’ ‘world-class standard’.  L-assigurazzjoni għas-saħħa hija ferm aktar raġjonevoli minn dik li titħallas fl-Istati Uniti.

Il-ħames destinazzjonijiet huma l-Gżejjer Maltin, xi reġjuni ta’ Franza, Spanja, l-Italja u l-Portugall. Fuq Malta ssemmew il-baħar, ix-xemx, il-bini storiku, il-fatt li l-poplu tagħna jitkellem bl-Ingliż, ir-restoranti li huma fost l-aqwa fil-Mediterran u s-servizzi tas-saħħa. Fi Franza ssemma’ r-reġjun ta’ Languedoc-Roussillon minħabba l-klima, l-livell ta’ għixien u l-prezzijiet raġjonevoli. L-inħawi Spanjoli favuriti għall-irtirar huma Costa del Sol u Alicante jew Bilbao, Barcellona u Valencia. Spanja msemmija għal kultura, il-mużewijiet, u l-prezzijiet raġjonevoli ħafna tal-appartamenti għall-kiri. Milli jidher il-prezzijiet bħalissa huma baxxi aktar milli kienu fil-passat.

Fl-Italja tissemma’ Lecce, belt barokka, il-pizza, l-kafe` u l-ikel, imma għandha l-iżvantaġġ – li mhux kulħadd jitkellem bl-Ingliż. Fil-Portugall l-inħawi ta’ Evora, fil-qalbha ta’ Alentejo, siegħa bogħod minn Lisbona qed tissemma’ bħala post ideali wkoll għall-irtirar. L-inħawi huma bliet protetti mill-UNESCO u r-reġjun huwa wieħed imsemmi għall-inbid.

Sabiħa Malta u jekk nasal sal-eta` tal-irtirar, diġa` naf fejn se ngħix.

PROĊEDURI KONTRA MIN JIKSER IR-REGOLI EKONOMIĊI

Analiżi tal-Kummissjoni Ewropea fuq 18-il stat membru tal-UE juri li qed isiru r-riformi fil-politika ekonomika Ewropea, imma l-isforz mhux qed ...
Read More

L-ISTATI MEMBRI TAL-MEDITERRAN DWAR IL-KRIŻIJIET TAL-UE

L-istati membri li jmissu mal-Mediterran iltaqgħu f’Ċipru biex jitkellmu dwar il-problemi u l-kriżijiet tal-Unjoni Ewropea u r-relazzjonijiet tagħhom mal-pajjiżi tas-Sud ...
Read More

L-EWROPA MA TISTAX TFARFAR IL-PROBLEMA TAL-IMMIGRAZZJONI FUQ L-ISTATI Ż-ŻGĦAR TAS-SUD

L-Ewropa ma tistax tfarfar il-problema tal-immigrazzjoni fuq l-istati żgħar tas-sud. Dan qalu Alfred Sant fuq l-istazzjon televiżiv Grieg ALPHA,  li ...
Read More

IŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA TUNEŻIN FL-EWROPA

Wara l-attakk terroristiku fit-18 ta’ Marzu tal-2015 f’Tunis u dak tas-26 ta’ Ġunju tal-2015 f’Sousse, it-turiżmu fit-Tuneżija ħa daqqa ta’ ...
Read More

L-AJRUPORTI FAVUR IX-XENGEN

L-Għaqda tal-Ajruporti Internazzjonali qed turi t-tħassib tagħha dwar il-kontrolli li qed jiddaħħlu fil-fruntieri interni fiż-żona Xengen. Tixtieq li l-moviment ħieles ...
Read More

FTEHIM MAL-AWSTRALJA U NEW ZEALAND

Il-Parlament Ewropew qabel li jibdew in-negozjati li jwasslu għal ftehim ta’ kummerċ bejn l-UE u l-Awstralja u New Zealand. Ir-riżoluzzjoni ...
Read More

M’HEMMX FLUS BIEX IŻARMAW L-IMPJANTI NUKLEARI

L-istati membri li għandhom impjanti nukleari, m’għandhomx flus  għaż-żarmar tal-power stations nukleari u għall-organizzazzjoni tal-iskart radjoattiv. Biex jiżżarmaw l-impjanti nukleari ...
Read More

MIŻURI MONETARJI ĠODDA

Iż-żona ewro se terġa’ tirreġistra diflazzjoni għax-xahar ta’ Frar. Wara rata ta’ inflazzjoni ta’ 0.3% f’Jannar, ir-rata ta’ inflazzjoni għax-xahar ...
Read More

L-EWROPA TEĦTIEĠ INVESTIMENT PUBBLIKU ĠDID

Fil-Parlament Ewropew Alfred Sant qal li investimenti pubbliċi fl-istati membri tal-UE jistimulaw l-investimenti privati nazzjonali u anke dawk fl-Ewropa kollha ...
Read More

IL-KLASSI TAN-NOFS ISSIBHA AKTAR DIFFIĊLI

Kważi l-istati membri kollha għaddejjin minn fenomenu komuni: it-tnaqqir tal-klassi soċjali tan-nofs li qed issibha dejjem aktar diffiċli biex tikkontribwixxi ...
Read More

L-S&D SE TINDIRIZZA T-TĦASSIB TAS-SAJJIEDA MALTIN

Id-delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew għamlet ħilitha biex il-politika ġdida tas-Soċjalisti u Demokratiċi Ewropej (S&D) fil-Parlament Ewropew tinkludi l-ħarsien tal-interessi ...
Read More

IL-MED GROUP

Il-Med Group twaqqaf fi tmiem l-2013 u fih jagħtu s-sehem tagħhom il-Ministri tal-Affarijiet barranin ta’ dawk l-istati membri li jmissu ...
Read More

ĦAMES PAJJIŻI EWROPEJ FAVORITI MAL-AMERIKANI

Fl-Istati Uniti, ħames pajjiżi fl-Ewropa qed ikunu msemmija bħala destinazzjonijiet ideali għall-irtirar. Qed jingħad li f’dawn il-ħames pajjiżi Ewropej jinstabu ...
Read More

BLA PJAN DWAR L-IMMIGRAZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea qed tittama li ż-żona Xengen terġa’ lura għan-normal sal-aħħar tas-sena, konxja mid-diżordni, fost l-istati membri tal-UE, minħabba il-kriżi tal-immigrazzjoni ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment