L-Ewropa ma tistax tfarfar il-problema tal-immigrazzjoni fuq l-istati żgħar tas-sud. Dan qalu Alfred Sant fuq l-istazzjon televiżiv Grieg ALPHA,  li ddeskriva  l-immigrazzjoni bħala problema Ewropea. “Irridu nimbuttaw lill-politiċi l-kbar biex joħorġu b’soluzzjoni Ewropea li tista’ tkun implimentata minn kullħadd. Bħalissa l-Greċja qiegħda fuq quddiem imma Malta u l-Italja jistgħu jispiċċaw fuq quddiem f’ħakka t’għajn, minħabba l-Libja, u l-Ewropa xorta ma tiħux azzjoni. L-Ewropa trid timbotta lil politiċi l-kbar biex iwettqu dak li hu tajjeb u dak li jeħtieġ isir. Ma jistax ikollna lil Ġermanja timbotta naħa, Franza timbotta naħa oħra, l-Italja ’l barra mix-xena, biex imbagħad pajjiżi żgħar bħal Greċja, Malta u l-Bulgarija jerfgħu l-piżijiet.” emfasizza Dr Sant.

L-Ewroparlamentari Malti qal li ma hemmx rieda tajba fl-Ewropa fuq din il-kwistjoni waqt li n-nies qed ikunu mwarrba mit-Turkija, mill-Greċja u mill-Balkani. “Il-punt kollu huwa dan: teżisti soluzzjoni Ewropea għal dan kollu? Biex ikun hemm soluzzjoni Ewropea, irid ikun hemm rieda tajba bejn in-Nord u s-Sud. Ma naħsibx li hemm daqstant rieda tajba. Din hija problema politika. Jien ġej mill-gżira Mediterranja ta’ Malta. Allura nifhem il-problemi li qed jaffaċċjaw il-gżejjer Griegi bl-influss enormi tal-immigranti. In-nies għandhom bżonn l-għajnuna u għandhom bżonn jiġu organizzati. Ma tistax tagħmel dan kollu mil-lejl għan-nhar. Teħtieġ iż-żmien u r-riżorsi u r-riżorsi ma jistgħux jitwaqqfu hekk, kif ġie ġie, fuq gżira żgħira.”

Dr Sant qal li l-Greċja u t-Turkija, alleati fin-NATO, għandhom interessi kumplimentari f’din il-kwistjoni. “Is-sitwazzjoni sejra mill-ħażin għall-agħar għax ma hemmx pjan reali, m’hemmx ftehim reali fl-UE msejjes fuq rieda tajba. Il-Ġermaniżi jridu xi ħaġa, l-Awstrijaċi jridu xi ħaġa, it-Taljani jridu xi ħaġa oħra – kullħadd irid xi ħaġa differenti. Kullħadd irid lir-refuġjati barra mis-sistema tiegħu. Jekk il-problema hija ta’ pajjiż ieħor, mela m’hemmx problema.”

Dr Sant semma’ kif seba’ snin ilu ħadd ma sema’ lil Malta meta refuġjati mill-Afrika ta’ Fuq bdew jieqfu fuq Malta u Lampedusa. “Din hija l-problema reali tal-Ewropa; in-nies ma jridux isolvu l-problema jekk il-problema qiegħda għand il-ġar, pajjiżi oħra ma jinteressahomx mill-problema. Il-pajjiżi Ewropej jinteressahom biss meta l-problema tkun tagħhom….Jeħtieġ li  jinħarġu parametri, fuq bażi Ewropea, ta’ kemm l-Ewropa tkun trid li taċċetta immigranti. Kif  se tkun organizzatal-immigrazzjoni legali? Kif se tkun organizzata s-sistema għar-refuġjati? Meta se ssir ir-riforma tat-Tieni Trattat ta’ Dublin ?” staqsa Dr. Sant.

Il-Kap tad-delegazzjoni Laburista tal-S&D qal li l-ftehim tad-Dublin 2 jfisser li teoretikament meta n-nies jaslu bħala refuġjati fil-Greċja, jridu jibqgħu l-Greċja. Jekk jaslu Malta, jridu jibqgħu Malta. “Din ma tagħmilx sens! Imma xorta, għadha ma nbidlitx. Jekk il-Ġermanja trid li r-refuġjati jaslu f’pajjiżha, u se jaslu f’pajjiżha, x’parametri hemm dwar numri u żmien? Huwa hawn fejn l-Ewropa qed tfalli. Irridu nippjanaw fuq bażi Ewropea, kemm se naċċettaw immigranti, liema se jkunu r-riżorsi, fejn se jitqiegħdu. Ma tistax tweħħel fil-Greċja għax il-Greċja ma tistax tlaħħaq ma’ mijiet ta’ eluf ta’ immigranti. Kif tista’ l-Greċja tlaħħaq ma’ mijiet ta’ immigranti kulljum? Ma tistax! U din li qed inwaħħlu fil-Greċja hija ħmerija oħra biex ngħattu l-problema reali – in-nuqqas ta’ ppjanar – sejjaħlu solidarjeta` jekk trid – pjan li jkun aċċettat fuq bażi nazzjonali u implimentat fuq bażi nazzjonali.” qal Dr Sant lill-istazzjoni televiżiv Grieg.

Tista’ ssegwi dak li qal Dr Sant fuq din il-link:
https://www.youtube.com/watch?v=KSY5TKoWsLY

PROĊEDURI KONTRA MIN JIKSER IR-REGOLI EKONOMIĊI

Analiżi tal-Kummissjoni Ewropea fuq 18-il stat membru tal-UE juri li qed isiru r-riformi fil-politika ekonomika Ewropea, imma l-isforz mhux qed ...
Read More

L-ISTATI MEMBRI TAL-MEDITERRAN DWAR IL-KRIŻIJIET TAL-UE

L-istati membri li jmissu mal-Mediterran iltaqgħu f’Ċipru biex jitkellmu dwar il-problemi u l-kriżijiet tal-Unjoni Ewropea u r-relazzjonijiet tagħhom mal-pajjiżi tas-Sud ...
Read More

L-EWROPA MA TISTAX TFARFAR IL-PROBLEMA TAL-IMMIGRAZZJONI FUQ L-ISTATI Ż-ŻGĦAR TAS-SUD

L-Ewropa ma tistax tfarfar il-problema tal-immigrazzjoni fuq l-istati żgħar tas-sud. Dan qalu Alfred Sant fuq l-istazzjon televiżiv Grieg ALPHA,  li ...
Read More

IŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA TUNEŻIN FL-EWROPA

Wara l-attakk terroristiku fit-18 ta’ Marzu tal-2015 f’Tunis u dak tas-26 ta’ Ġunju tal-2015 f’Sousse, it-turiżmu fit-Tuneżija ħa daqqa ta’ ...
Read More

L-AJRUPORTI FAVUR IX-XENGEN

L-Għaqda tal-Ajruporti Internazzjonali qed turi t-tħassib tagħha dwar il-kontrolli li qed jiddaħħlu fil-fruntieri interni fiż-żona Xengen. Tixtieq li l-moviment ħieles ...
Read More

FTEHIM MAL-AWSTRALJA U NEW ZEALAND

Il-Parlament Ewropew qabel li jibdew in-negozjati li jwasslu għal ftehim ta’ kummerċ bejn l-UE u l-Awstralja u New Zealand. Ir-riżoluzzjoni ...
Read More

M’HEMMX FLUS BIEX IŻARMAW L-IMPJANTI NUKLEARI

L-istati membri li għandhom impjanti nukleari, m’għandhomx flus  għaż-żarmar tal-power stations nukleari u għall-organizzazzjoni tal-iskart radjoattiv. Biex jiżżarmaw l-impjanti nukleari ...
Read More

MIŻURI MONETARJI ĠODDA

Iż-żona ewro se terġa’ tirreġistra diflazzjoni għax-xahar ta’ Frar. Wara rata ta’ inflazzjoni ta’ 0.3% f’Jannar, ir-rata ta’ inflazzjoni għax-xahar ...
Read More

L-EWROPA TEĦTIEĠ INVESTIMENT PUBBLIKU ĠDID

Fil-Parlament Ewropew Alfred Sant qal li investimenti pubbliċi fl-istati membri tal-UE jistimulaw l-investimenti privati nazzjonali u anke dawk fl-Ewropa kollha ...
Read More

IL-KLASSI TAN-NOFS ISSIBHA AKTAR DIFFIĊLI

Kważi l-istati membri kollha għaddejjin minn fenomenu komuni: it-tnaqqir tal-klassi soċjali tan-nofs li qed issibha dejjem aktar diffiċli biex tikkontribwixxi ...
Read More

L-S&D SE TINDIRIZZA T-TĦASSIB TAS-SAJJIEDA MALTIN

Id-delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew għamlet ħilitha biex il-politika ġdida tas-Soċjalisti u Demokratiċi Ewropej (S&D) fil-Parlament Ewropew tinkludi l-ħarsien tal-interessi ...
Read More

IL-MED GROUP

Il-Med Group twaqqaf fi tmiem l-2013 u fih jagħtu s-sehem tagħhom il-Ministri tal-Affarijiet barranin ta’ dawk l-istati membri li jmissu ...
Read More

ĦAMES PAJJIŻI EWROPEJ FAVORITI MAL-AMERIKANI

Fl-Istati Uniti, ħames pajjiżi fl-Ewropa qed ikunu msemmija bħala destinazzjonijiet ideali għall-irtirar. Qed jingħad li f’dawn il-ħames pajjiżi Ewropej jinstabu ...
Read More

BLA PJAN DWAR L-IMMIGRAZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea qed tittama li ż-żona Xengen terġa’ lura għan-normal sal-aħħar tas-sena, konxja mid-diżordni, fost l-istati membri tal-UE, minħabba il-kriżi tal-immigrazzjoni ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment