Kważi l-istati membri kollha għaddejjin minn fenomenu komuni: it-tnaqqir tal-klassi soċjali tan-nofs li qed issibha dejjem aktar diffiċli biex tikkontribwixxi fit-tkabbir ekonomiku. Iż-żjieda fl-inugwaljanzi hija l-kawża ewlenija ta’ dan. Rapport tal-‘International Labour Organisation’ (ILO) juri l-impatt negattiv li kellha l-kriżi ekonomika u finanzjarja fuq il-klassi soċjali tan-nofs. Juri wkoll li l-inugwaljanza hija l-fattur ewlieni li qed inaqqar lil din il-klassi soċjali. Dan ifisser li l-iktar pajjiżi li għandhom inugwaljanzi (l-istati Baltiċi, Spanja u r-Rumanija) huma wkoll l-iktar pajjiżi li għandhom kategorija ċkejkna tal-klassi tan-nofs. Min-naħa l-oħra, l-Isvezja u r-Repubblika Ċeka juru li jekk ma jkunx hemm inugwaljanza, il-klassi soċjali tan-nofs tikber.
Il-klassi tan-nofs tidher li kibret sewwa fis-snin 80 u fis-snin 90, snin li kienu kkaratterizzati minn livelli ogħla ta’ nisa fid-dinja tax-xogħol. Iż-żjieda ta’ impjiegi prekarji u n-nuqqas ta’ sigurta` fis-settur pubbliku affettwaw din il-klassi. Ir-rapport tal-ILO juri li l-kriżi finanzjarja u ekonomika tal-2008 kabbret l-effetti negattivi ta’ dawn il-fatturi. B’hekk l-Ewropa daħlet f’ċirku vizzjuż fejn it-tnaqqir tal-klassi soċjali tan-nofs wassal biex ir-rota tal-ekonomija ddur aktar bil-mod.
Il-Belgju, Franza, l-Olanda u l-Isvezja s’issa rnexxielhom jegħlbu din is-sitwazzjoni għax hawnhekk din il-klassi soċjali mhux qed tonqos.
PROĊEDURI KONTRA MIN JIKSER IR-REGOLI EKONOMIĊI
Read More
L-ISTATI MEMBRI TAL-MEDITERRAN DWAR IL-KRIŻIJIET TAL-UE
Read More
L-EWROPA MA TISTAX TFARFAR IL-PROBLEMA TAL-IMMIGRAZZJONI FUQ L-ISTATI Ż-ŻGĦAR TAS-SUD
Read More
IŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA TUNEŻIN FL-EWROPA
Read More
L-AJRUPORTI FAVUR IX-XENGEN
Read More
FTEHIM MAL-AWSTRALJA U NEW ZEALAND
Read More
M’HEMMX FLUS BIEX IŻARMAW L-IMPJANTI NUKLEARI
Read More
MIŻURI MONETARJI ĠODDA
Read More
L-EWROPA TEĦTIEĠ INVESTIMENT PUBBLIKU ĠDID
Read More
IL-KLASSI TAN-NOFS ISSIBHA AKTAR DIFFIĊLI
Read More
L-S&D SE TINDIRIZZA T-TĦASSIB TAS-SAJJIEDA MALTIN
Read More
IL-MED GROUP
Read More
ĦAMES PAJJIŻI EWROPEJ FAVORITI MAL-AMERIKANI
Read More
BLA PJAN DWAR L-IMMIGRAZZJONI
Read More
Post a comment