Fil-Parlament Ewropew Alfred Sant qal li investimenti pubbliċi fl-istati membri tal-UE jistimulaw l-investimenti privati nazzjonali u anke dawk fl-Ewropa kollha. Dr Sant qal li l-investiment pubbliku huwa aktar effettiv meta jsir fuq livell nazzjonali u meta ma jiddependix minn dewmien burokratiku. “Jekk insibu metodi li jqanqlu investimenti pubbliċi nazzjonali, li mbagħad jistimulaw l-investiment privat nazzjonali u anke fl-Ewropa, inkunu qed niksru r-regoli attwali tal-Patt ta’ Stabilita` u Tkabbir? X’aktarx li iva. Għandna nħabblu rasna dwar dan? Fil-fehma tiegħi le….dejjem jekk niżguraw ruħna li ż-żjieda fin-nefqa pubblika fuq livell nazzjonali qed tkun verament iddedikata għall-investiment, mhux għal nefqa rikorrenti.”

L-Ewroparlamentari Malti qal li l-akbar problema fl-andament tal-ekonomija Ewropea huwa l-investiment. M’hemmx biżżejjed investimenti u allura t-tkabbir huwa limitat. It-titjieb jew aħjar iż-żamma tal-kundizzjonijiet soċjali tal-ħaddiema li qegħdin f’impjieg, taż-żgħażagħ li qed ifittxu xogħol, tal-familji tal-ħaddiema u tal-pensjonanti, mhix qed tidher. Dawn in-nies jisħqu li l-Ewropa qed tonqos fil-konfront tagħhom. Ir-ruħ soċjali li fuqha stabiliet ruħha l-Unjoni, ma għadhiex hemmhekk. Ma nkunux populisti jekk naqblu ma’ dawk li jagħmlu dawn l-istqarrijiet, għax filfatt għandhom raġun.

“Naqblu jew ma naqblux ma’ dawk imsejħa populisti mhux importanti. Kif se noħolqu t-tkabbir ekonomiku huwa importanti, biex b’hekk jinħolqu impjiegi sodi u fulltime għaż-żgħażagħ…..u l-anzjani jserrħu rashom mill-pensjoni tagħhom.

Ma għandniex bżonn formuli teknokratiċi u diffiċli biex insolvu din il-problema. Għandna bżonn rieda politika biex naħsbu fil-bogħod u mhux biss biex nissodisfaw ir-regoli ta’ Stabilita` u Tkabbir. Għandna bżonn azzjoni sempliċi u deċiżiva li timmira eżatt lejn il-kawża tal-problema: l-investiment. L-investiment pubbliku u privat. L-esperjenza turina li l-investiment privat jimxi wara dak pubbliku. Mhux bil-kontra. L-investiment pubbliku waqa’ lura ħafna. Il-Fond ta’ Juncker, effettiv kemm hu effettiv, ma jistax jagħmel tajjeb għal din il-problema.” qal Dr. Sant.

Segwi d-diskors ta’ Dr. Sant fuq din il-link:

https://www.youtube.com/watch?v=HjiA2PCIbqk

PROĊEDURI KONTRA MIN JIKSER IR-REGOLI EKONOMIĊI

Analiżi tal-Kummissjoni Ewropea fuq 18-il stat membru tal-UE juri li qed isiru r-riformi fil-politika ekonomika Ewropea, imma l-isforz mhux qed ...
Read More

L-ISTATI MEMBRI TAL-MEDITERRAN DWAR IL-KRIŻIJIET TAL-UE

L-istati membri li jmissu mal-Mediterran iltaqgħu f’Ċipru biex jitkellmu dwar il-problemi u l-kriżijiet tal-Unjoni Ewropea u r-relazzjonijiet tagħhom mal-pajjiżi tas-Sud ...
Read More

L-EWROPA MA TISTAX TFARFAR IL-PROBLEMA TAL-IMMIGRAZZJONI FUQ L-ISTATI Ż-ŻGĦAR TAS-SUD

L-Ewropa ma tistax tfarfar il-problema tal-immigrazzjoni fuq l-istati żgħar tas-sud. Dan qalu Alfred Sant fuq l-istazzjon televiżiv Grieg ALPHA,  li ...
Read More

IŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA TUNEŻIN FL-EWROPA

Wara l-attakk terroristiku fit-18 ta’ Marzu tal-2015 f’Tunis u dak tas-26 ta’ Ġunju tal-2015 f’Sousse, it-turiżmu fit-Tuneżija ħa daqqa ta’ ...
Read More

L-AJRUPORTI FAVUR IX-XENGEN

L-Għaqda tal-Ajruporti Internazzjonali qed turi t-tħassib tagħha dwar il-kontrolli li qed jiddaħħlu fil-fruntieri interni fiż-żona Xengen. Tixtieq li l-moviment ħieles ...
Read More

FTEHIM MAL-AWSTRALJA U NEW ZEALAND

Il-Parlament Ewropew qabel li jibdew in-negozjati li jwasslu għal ftehim ta’ kummerċ bejn l-UE u l-Awstralja u New Zealand. Ir-riżoluzzjoni ...
Read More

M’HEMMX FLUS BIEX IŻARMAW L-IMPJANTI NUKLEARI

L-istati membri li għandhom impjanti nukleari, m’għandhomx flus  għaż-żarmar tal-power stations nukleari u għall-organizzazzjoni tal-iskart radjoattiv. Biex jiżżarmaw l-impjanti nukleari ...
Read More

MIŻURI MONETARJI ĠODDA

Iż-żona ewro se terġa’ tirreġistra diflazzjoni għax-xahar ta’ Frar. Wara rata ta’ inflazzjoni ta’ 0.3% f’Jannar, ir-rata ta’ inflazzjoni għax-xahar ...
Read More

L-EWROPA TEĦTIEĠ INVESTIMENT PUBBLIKU ĠDID

Fil-Parlament Ewropew Alfred Sant qal li investimenti pubbliċi fl-istati membri tal-UE jistimulaw l-investimenti privati nazzjonali u anke dawk fl-Ewropa kollha ...
Read More

IL-KLASSI TAN-NOFS ISSIBHA AKTAR DIFFIĊLI

Kważi l-istati membri kollha għaddejjin minn fenomenu komuni: it-tnaqqir tal-klassi soċjali tan-nofs li qed issibha dejjem aktar diffiċli biex tikkontribwixxi ...
Read More

L-S&D SE TINDIRIZZA T-TĦASSIB TAS-SAJJIEDA MALTIN

Id-delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew għamlet ħilitha biex il-politika ġdida tas-Soċjalisti u Demokratiċi Ewropej (S&D) fil-Parlament Ewropew tinkludi l-ħarsien tal-interessi ...
Read More

IL-MED GROUP

Il-Med Group twaqqaf fi tmiem l-2013 u fih jagħtu s-sehem tagħhom il-Ministri tal-Affarijiet barranin ta’ dawk l-istati membri li jmissu ...
Read More

ĦAMES PAJJIŻI EWROPEJ FAVORITI MAL-AMERIKANI

Fl-Istati Uniti, ħames pajjiżi fl-Ewropa qed ikunu msemmija bħala destinazzjonijiet ideali għall-irtirar. Qed jingħad li f’dawn il-ħames pajjiżi Ewropej jinstabu ...
Read More

BLA PJAN DWAR L-IMMIGRAZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea qed tittama li ż-żona Xengen terġa’ lura għan-normal sal-aħħar tas-sena, konxja mid-diżordni, fost l-istati membri tal-UE, minħabba il-kriżi tal-immigrazzjoni ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment