L-Isvezja tmur tivvota fid-9 ta’ Settembru bil-votazzjoni diġa` miftuħa għall-Isvediżi li jgħixu barra pajjiżhom. Il-partit populist tal-lemin Demokratiċi Svediżi żied fil-popolarita` u laħaq rekord ta’ 22% fl-istħarriġ tal-opinjoni pubblika, żewġ punti biss wara s-soċjal demokratiċi fil-gvern u tliet punti aktar mill-Moderati – żewġ partiti stabbiliti li qed jitilfu l-voti. Minbarra li qed isejħu għal referendum biex joħorġu mill-UE mlaqqam Swexit, id-Demokratiċi Svediżi jridu jwaqqfu l-immigrazzjoni u jiġġieldu l-kriminalita`.

Iż-żieda fil-popolarita` tad-Demokratiċi Svediżi qed timxi pari passu ma’ dak li qed iseħħ f’pajjiżi Ewropej oħra fejn partiti tal-lemin estrem u partiti kontra l-immigrazzjoni qed iżidu ħafna fil-voti. Fl-Isvezja l-popolarita` ta’ partit tal-lemin estrem hija aktar inkwetanti għaliex fin-norma l-popolazzjoni Svediża mhix razzista.

Fl-Ungerija, fl-Italja u fl-Awstrija rajna mexxejja populisti jew tal-lemin estrem jieħdu t-tmun ta’ pajjiżhom wara kampanja kontra l-immigrazzjoni, fil-Ġermanja il-lemin estrem irnexxielu jidħol fil-Parlament Ġermaniż.

Mill-2012 ’l hawn 400,000 immigrant talbu l-ażil fl-Isvezja.

L-ITALJA MWISSIJA DWAR INFIQ BL-ADDOĊĊ FL-INFRASTRUTTURA

L-Italja rċeviet twissija mill-Kummissarju tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji Pierre Moscovici wara li l-Gvern Taljan ħabbar pjanijiet li jżid l-investimenti fl-infrastruttura ...
Read More

IL-LEMIN ESTREM IŻID L-APPOĠĠ FL-ISVEZJA

L-Isvezja tmur tivvota fid-9 ta’ Settembru bil-votazzjoni diġa` miftuħa għall-Isvediżi li jgħixu barra pajjiżhom. Il-partit populist tal-lemin Demokratiċi Svediżi żied ...
Read More

JEGĦRQU 1,514 IMMIGRANT FIL-MEDITERRAN

1,514-il persuna tilfu ħajjithom fil-baħar Mediterran mill-bidu tal-2018 ’l hawn filwaqt li 57, 571 persuna daħlu fl-UE b’din ir-rotta, skont ...
Read More

IL-ĠERMANJA TNEĦĦI S-SANZJONIJIET KONTRA T-TURKIJA

Il-Ġermanja neħħiet is-sanzjonijiet ekonomiċi kontra t-Turkija li daħlu fis-seħħ f’Lulju 2017. F’dak iż-żmien Berlin daħħal limitu massimu ta’ €1.5 biljun ...
Read More

PARIR BIEX ĠUDIKANTI POLLAKKI JIĠU SOSPIŻI

Ġudikaturi mill-Istati Membri tal-UE qed jippjanaw biex jissospendu lil Polonja minħabba l-indħil politiku fis-sistema legali Pollakka. Il-European Network of Councils ...
Read More

SANZJONIJIET DWAR PONT LI JGĦAQQAD IR-RUSSJA MAL-KRIMEA

L-UE ħabbret sanzjonijiet fuq sitt entitajiet li qed jieħdu sehem fil-bini ta’ Kerch Bridge, pont li jgħaqqad lir-Russja mal-peniżola tal-Krimea ...
Read More

PRODUTTURI TAL-KAROZZI EWROPEJ JIEĦDU N-NIFS

Produtturi tal-karozzi Ewropej ħadu n-nifs wara l-aħħar laqgħa bejn Jean-Claude Juncker u l-President Amerikan Trump dwar il-kummerċ bejn iż-żewġ naħat ...
Read More

ANQAS QGĦAD FIŻ-ŻONA EWRO

F’Ġunju l-qgħad fiż-żona ewro kien ta’ 8.3%, meta mqabbel ma’ 9% fl-istess perijodu tas-sena l-oħra. Din hija l-inqas rata ta’ ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment